Aħbarijiet Lokali

Tiġdid tal-Kummissjoni

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħareġ digriet biex iġedded il-mandat tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. 

Il-Perit Daniel Darmanin reġa’ ġie maħtur bħala president tal-kummissjoni biex b’hekk se jkompli jaqdi dan l-irwol li kien qiegħed jokkupa tul dawn l-aħħar tliet snin. Il-membri – Walance Buttigieg Scicluna, Katrine Camilleri, u John Paul Cauchi reġgħu ġew appuntati bħala membri tal-kummissjoni, waqt li magħhom se jingħaqdu tliet membri ġodda… Kompli aqra »

IL PANDEMIJA TAL CORONAVIRUS: SEJĦA GĦAL SOLIDARJETÀ MA’ DAWK LI HUMA L AKTAR VULNERABBLI

STQARRIJA MINN BOSTA ENTITAJIET TAL‑KNISJA

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża. 

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Laqgħa mal-Kardinal Turkson

Daniel Darmanin, il-president tal-Kummissjoni, iltaqa’ mal-Kardinal Peter Turkson, prefett tad-Dikasteru għall-promozzjoni tal-iżvilupp sħiħ tal-persuna. F’din il-laqgħa ġiet diskussa l-ħidma kontinwa tal-kummissjoni, b’mod partikolari l-ħajja fl-ibħra, fid-dawl tal-konferenza organizzata s-sena l-oħra f’Copenhagen, id-Danimarka minn Justice & Peace Europe u sħab oħra. Il-Kummissjoni Maltija bħalissa qed tgħin fil-preparazzjoni ta’ dokument komuni li ser jiġi addottat mill-kummissjonijiet tal-Ewropa dwar din il-kwistjoni u l-kawżiet ewlenin li qed iwasslu għal dawn il-problemi… Kompli aqra »

Ir-riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni

The Archdiocese of Malta, through the Justice & Peace Commission of and Caritas Malta, have participated in the presentation of a joint submission to the Maltese Government, on the proposed reform for the legalisation of prostitution and human trafficking.

The joint submission, endorsed by several organisations, speaks of three main goals that are complementary and cannot be enacted separately, essential for the human dignity of the victims to be safeguarded. 

  • To decriminalise those who are prostituted ‑ Conscious of the fact that most sex workers are caught up in prostitution against their will and are the main victims of a broken system which enslaves them.  They should not be criminalised or victimised further for the abuse they endure…
  • Kompli aqra »

Daniel Darmanin maħtur fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Ewropea

The European Conference of Justice and Peace Commissions (Justice and Peace Europe) held its 2019 International Workshop and General Assembly from 11 – 14 October in Bratislava. Delegates from 21 Justice and Peace Commissions were present in the capital of Bratislava. Very well prepared by the Slovak Justice and Peace Commission, the International Workshop dealt with Challenges for Solidarity – Living together in Europe thirty years after the fall of the Iron CurtainKompli aqra »

Kummissjoni Ġustizzja u Paċi: Ewropa magħquda favur il-ġid komuni

Fid‑dawl tal‑elezzjonijiet tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħejjiet dokument ta’ riflessjoni bbażat fuq it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja. Dan għandu jservi ta’ għodda sabiex l‑Insara jkomplu jaqdu d‑dmirijiet u r‑responsabbiltajiet tagħhom fis‑soċjetà, li ma jibdewx u jispiċċaw fil‑mument tal‑votazzjoni imma jkomplu fil‑ħajja ta’ kuljum. Id‑dokument jinsab fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt.

Id‑dokument, li jittratta fost l‑oħrajn temi soċjali u ambjentali li jolqtu s‑soċjetà Maltija u dik Ewropea, hu mmirat sabiex jintuża mis‑saċerdoti fil‑preparazzjoni għall‑omeliji tal‑Ħdud matul ir‑Randan, kif ukoll minn dawk li f’dan iż‑żmien jixtiequ jagħrblu l‑kuxjenza tagħhom u jirriflettu fuq l‑irwol tagħhom bħala Nsara fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”… Kompli aqra »