Isma’ leħen il-ħolqien: Vjaġġ ma’ Hildegard ta’ Bingen
Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi flimkien mal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed jorganizzaw attività biex ifakkru l-Istaġun tal-Ħolqien 2022. Biha huma ser ikunu qed jingħaqdu ma’ numru ta’ knejjes kristjani fid-dinja kollha li bejn l-1 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru ta’ kull sena jfittxu li jqajjmu kuxjenza favur il-kura tal-pjaneta u l-abitanti tagħha.F’Malta, din is-sena l-attività ser tkun ispirata mill-figura ta’ Santa Hildegard ta’ Bingen u se tkun tikkonsisti f’nofs ta’ nhar ta’ għarfien fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ din il-qaddisa li fi żmienha spikkat għall-kontribut tagħha fl-iżvilupp tal-ispiritwalità ekoloġika… Kompli aqra »