Riżorsi

Wirt kulturali

Kull darba li ma nagħtux każ ta’ l-għeruq tagħna u ninsew minn fejn ġejjin, niftaqru. L-identità tagħna tkun mhedda u nirriskjaw li nisfaw vittmi ta’ forom ġodda ta’ kolonizzazzjoni ideoloġika. Fl-istess ħin, jekk nenfasizzaw iżżejjed l-għeruq, il-memorja u l-identità tagħna, nistgħu neħlu f’ideoloġiji nostaliġiċi li jeskludu lill-oħrajn u jħalluna imwaħħlin fil-passat.

Ma’ Fr Nicholas Doublet, lettur fl-istorja tal-Knisja fl-Università ta’ Malta u Dr Karsten Xuereb, riċerkatur fir-relazzjonijiet kulturali b’mod speċjali fil-Mediterran, nitkellmu dwar il-vokazzjoni ta’ Malta li nkunu “laboratorju ta’ żvilupp organiku” (Papa Franġisku)… Kompli aqra »

Displacement

Ma tgħaddix ġurnata li ma naqrawx xi artiklu fuq il-migrazzjoni jew nisimgħu xi rimarka fuq l-impatt tal-migranti fuq is-soċjetà Maltija. Il-Papa nnifsu, matul iż-żjara tiegħu f’Malta, xtaq jiltaqa’ mal-migranti fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far biex jesprimi s-solidarjetà u l-viċinanza tiegħu ma’ dawk kollu li jħallu l-pajjiżhom.

Imma min hu migrant? In-numru ta’ dawk li qed iħallu pajjiżhom qed jiżdied? Qed isibu komunitajiet li jilqgħuhom? … Kompli aqra »

Rethink.mt

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Niddiskutu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Id-dinjità tax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema

Fl-1891, il-Papa Ljun XIII ħareġ Rerum Novarum (fuq il-Kapital u x-Xogħol). Hu tefa’ dawl fuq l-inġustizzji u l-isfruttament tal-ħaddiema mis-sinjuri waqt ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jingħaqdu u jiġġieldu kontra kundizzjonijiet diżumani. Minn dak iż-żmien, it-tagħlim tal-Knisja iddefenda d-dinjità tax-xogħol u l-parteċipazzjoni. Kompli aqra »

Ħarsien tal-Ħolqien

Jekk nersqu lejn in-natura u l-ambjent mingħajr qalb miftuħa għall-istagħġib u b’sens ta’ meravilja… l-atteġġjamenti tagħna jsiru ta’ wieħed li jrid jaħkem, tal-konsumatur jew ta’ xi ħadd li sempliċement jisfrutta r-riżorsi naturali, u mhux kapaċi jrażżan l-interessi immedjati tiegħu. Għall-kuntrarju, jekk aħna nħossuna intimament magħquda ma’ dak kollu li jeżisti, ir-rażan u l-għożża jnixxu minna b’mod spontanju. Il-faqar u l-awsterità ta’ San Franġisk ma kinux axxetiżmu minn barra biss, imma xi ħaġa iktar fil-fond: hu ma riedx jagħmel mir-realtà sempliċi oġġett ta’ użu jew ta’ ħakma… Kompli aqra »

Riżorsi Randan – ‘Yahad’

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Called to Care: Riżorsa ġdida għall-edukaturi #YahadMT

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. ‘Called to care: Why politics is not just someone else’s problem‘ hija l-ewwel waħda minn dawn ir-riżorsi u tikkonsisti f’tliet workshops qosra ta’ 20 minuta kull waħda… Kompli aqra »