Il-Kummissjoni tal-Ġustizzja u l-Paċi, il-Kummissjoni tal-Migranti u s-Servizz tal-Ġiżwiti għar- Refuġjati (JRS Malta) għamlu diversi rakkomandazzjonijiet dwar il-politika l-ġdida tal-migrazzjoni tax-xogħol f’Malta. L-analiżi tagħhom hija bbażata fuq ir-riċerka “Beyond GDP II” kif ukoll fuq l- esperjenza tagħhom mal-ħaddiema barranin u r-refuġjati.
Punti Ewlenin:
✅ Ritenzjoni u Stabilità: L-estensjoni tal-perjodu ta’ tiġdid għal sentejn huwa pass tajjeb, iżda s- sistema teħtieġ aktar flessibilità biex toffri triqat ċari għal residenza fit-tul u integrazzjoni soċjali.
✅ Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema: Ir-riformi għandhom jinkludu trasparenza fl- applikazzjonijiet, aktar infurzar kontra l-abbużi, u t-tneħħija tad-dipendenza tal-ħaddiema fuq impjegatur wieħed.
✅ Allinjament mal-Bżonnijiet tas-Suq tax-Xogħol: Il-politika għandha tqis il-ħaddiema bħala nies u mhux biss riżorsi ekonomiċi. Il-kampanji ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu sensittivi biex ma jkomplux jippolarizzaw id-diskors pubbliku dwar il-migrazzjoni.
✅ Inklużjoni u Integrazjoni: Iridu jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-għaqda tal-familji, aċċess għall- edukazzjoni u s-sigurtà soċjali biex jinħolqu kundizzjonijiet aħjar għal ħaddiema barranin li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti lis-soċjetà Maltija. L-organizzazzjonijiet jappellaw lill-Gvern biex jirrevedi rrakkomandazzjonijiet u jiżgura li l- ħaddiema barranin jiġu trattati b’dinjità u ġustizzja.