Ma tgħaddix ġurnata li ma naqrawx xi artiklu fuq il-migrazzjoni jew nisimgħu xi rimarka fuq l-impatt tal-migranti fuq is-soċjetà Maltija. Il-Papa nnifsu, matul iż-żjara tiegħu f’Malta, xtaq jiltaqa’ mal-migranti fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far biex jesprimi s-solidarjetà u l-viċinanza tiegħu ma’ dawk kollu li jħallu l-pajjiżhom.
Imma min hu migrant? In-numru ta’ dawk li qed iħallu pajjiżhom qed jiżdied? Qed isibu komunitajiet li jilqgħuhom? Isma’ d-diskussjoni ma’ Dr Daniela Debono, lettura fl-antropoloġija tal-migrazzjoni fl-Università ta’ Malta, fejn niddiskutu l-moviment tan-nies, il-bżonn li nappartjenu, kif ukoll it-tensjoni li tinħoloq meta tkun qed tgħix f’dinja bħal tagħna fejn il-fruntieri u l-globalizzazzjoni huma t-tnejn b’saħħithom.
Artikli marbutin mat-tema:
Rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien.