Jekk nersqu lejn in-natura u l-ambjent mingħajr qalb miftuħa għall-istagħġib u b’sens ta’ meravilja… l-atteġġjamenti tagħna jsiru ta’ wieħed li jrid jaħkem, tal-konsumatur jew ta’ xi ħadd li sempliċement jisfrutta r-riżorsi naturali, u mhux kapaċi jrażżan l-interessi immedjati tiegħu. Għall-kuntrarju, jekk aħna nħossuna intimament magħquda ma’ dak kollu li jeżisti, ir-rażan u l-għożża jnixxu minna b’mod spontanju. Il-faqar u l-awsterità ta’ San Franġisk ma kinux axxetiżmu minn barra biss, imma xi ħaġa iktar fil-fond: hu ma riedx jagħmel mir-realtà sempliċi oġġett ta’ użu jew ta’ ħakma. (Laudato Si 11)