Il-Knisja f’Malta

Meta tkellem f’Ta Pinu, il-Papa Franġisku stedinna nerġgħu niskopru l-essenzjali tal-fidi tagħna f’proċess ta’ tiġdid tal-ħajja tal-Knisja li qatt mhija biss “storja tal-imgħoddi biex infakkruha, imma futur kbir li rridu nibnu.” Bin-numri dejjem jonqsu u d-distanza bejn il-valuri tal-Evanġelju u l-kultura dominanti dejjem tikber, kif tista’ l-Knisja lokali tkompli taqsam l-Aħbar it-Tajba ma’ kulħadd u mhux biss ma’ ċirku żgħir u ristrett? Lesti nħallu warajna ż-żoni ta’ kumdità, biex naqbdu rotot ta’ evanġelizzazzjoni ġodda u riskjuzi?

Mal-professur Nadia Delicata, lettura fit-Teoloġija Morali fl-Università ta’ Malta u Delegat ta’ l-Arċisqof għall-Evanġelizzazzjoni, u Dr Francois Mifsud, lettur fid-Dipartiment ta’ Inklużjoni u Aċċess għat-Tagħlim fl-istess Università ta’ Malta, niddiskutu l-ferħ u l-isfidi li ġġib magħha r-realtà ta’ Knisja fi djalogu li tagħti xhieda billi tqabbad “ħġejjeġ ta’ ħlewwa meta l-kesħa tal-ħajja qed thedded lil dawk li qed ibatu.”

Artikli marbutin ma’ din it-tema:

Rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien.