Il-Kummissjoni

Il-Kummisjoni Ġustizzja u Paċi twaqqfet mill-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-1986 mill-isqof ta’ dak iż-żmien Mons. Ġużeppi Mercieca. Is-Sur Abel Giglio nħatar bħala l-ewwel president tal-kummissjoni. Presidenti oħrajn li segwewh jinkludu s-Sur Godfrey Leone Ganado kif ukoll is-Sur Roderick Agius. Mal-medda tas-snin, il-kummissjoni kienet onorata bil-parteċipazjoni u ħidma ta’ diversi membri, bl-għanijiet ewlenin u prinċipali jibqgħu l-istess, jiġifieri li jassistu l-Knisja lokali fl-evanġelizzazzjoni filwaqt li jiġi assigurat li d-dinjità umana, il-paċi, il-ġustizzja u s-solidarjetà jiġu mħarsa fi ħdan is-soċjetà dinamika tal-lum.

Wara waqfa fl-operat tagħha, il-kummissjoni reġgħet ġiet iffurmata fl-2017 mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fejn il-Perit Daniel Darmanin ġie appuntat bħala l-president, flimkien man-nominazzjoni ta’ numru ta’ membri ġodda.  Il-kummissjoni preżenti taħdem fuq ix-xogħol li twettaq mill-kummissjoni fis-snin li għaddew, filwaqt li twieġeb għas-sejħiet u l-ħtiġijiet kurrenti.

Matul is-snin il-kummissjoni ppubblikat diversi kotba, artikli u position papers. Organizzat ukoll seminars u avvenimenti, filwaqt li ta’ spiss tipparteċipa f’diversi fora u laqgħat. Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi hi wkoll membru attiv fi ħdan il-Justice and Peace Europe.


Viżjoni

Il-ħolqien ta’ soċjetà li tirrispetta d-dinjità umana u d-drittijiet tal-bniedem ta’ kulħadd – speċjalment ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, u li tinkuraġġixxi bidla minn kultura tal-iskart għal kultura tal-laqgħa biex b’hekk nagħrfu lil xulxin bħala aħwa.

Missjoni

Il-missjoni tal-Kummissjoni hija dik li “żżomm l-għajnejn tal-Knisja miftuħa, il-qalb tagħha sensittiva u idha mħejjija għall-ħidma tal-karità li hija msejħa twettaq fid-dinja”. (Pawlu VI, Diskors lill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u Paċi, 1967).

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi f’Malta twettaq din il-Missjoni billi tippromwovi l-iżvilupp integrali tal-persuna fid-dawl tal-Vanġelu u f’konformità mad-Duttrina Soċjali tal-Knisja. Hija tiffoka fuq kwistjonijiet ta’ ġustizzja u paċi abbażi tat-twemmin li l-ġid personali u komunitarju jista’ jinkiseb biss fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ġusti u paċifiċi li jirrispettaw il-limiti tad-dar komuni tagħna.

Għal dan il-għan, aħna:

Stil

  • Nikkollaboraw mal-persuni kollha ta’ rieda tajba biex noħolmu b’mod kreattiv u naħdmu lejn soċjetà aktar ġusta, paċifika u inklużiva.
  • Inħaddnu dik it-tip ta’ tama radikali li tpoġġina f’post bla tama fejn nistgħu, b’kuraġġ, nagħtu xhieda b’ħajjitna tal-forza trasformattiva tal-Evanġelju.

Kuxjenza kritika

  • Nagħmlu sejħagħall-konverżjoni personali u komunitarja li hija meħtieġa biex jissewwew ir-relazzjonijiet miksura tagħna ma’ Alla, ma’ xulxin u mal-ħolqien, fi vjaġġ ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ kisba lura tal-fiduċja.

It-tamiet tagħna għas-soċjetà

Għanijiet għas-snin 2022-2024

Politika karatterizzata minn djalogu b’rispett reċiproku, verità u ġustizzja

  • Nisfidaw is-sistema u l-proċessi politiċi attwali billi nanalizzaw ix-xenarju attwali u nipproponu sistemi alternattivi bbażati fuq mudelli eżistenti u fuq il-prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja.
  • Nirreaġixxu għal dawk l-aħbarijiet ewlenin li jikxfu n-nuqqasijiet jew il-prattiki tajbin tas-sistema tagħna.
  • Nidentifikaw mexxejja/nies li jieħdu d-deċiżjonijiet, li magħhom nistgħu nibnu relazzjoni u nidħlu fi djalogu.
  • Nipprovdu formazzjoni għal impenn ċiviku/politiku b’attenzjoni partikolari fuq il-ġenerazzjonijiet ż-żgħar.

Ekonomija aktar sostenibbli u soċjalment ġusta

  • Fid-dawl tar-rapport “Beyond GDP”, neżaminaw is-setturi li jiġġeneraw it-tkabbir ekonomiku f’Malta.
  • Nikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ta’ standard ta’ ġid li bih jistgħu jiġu mkejla/evalwati politiċi ġodda.
  • Abbażi tal-indikazzjonijiet li ħarġu minn Laudato Si u Fratelli Tutti, noħolqu għarfien akbar dwar il-fruntieri ambjentali u soċjali li jeħtieġ nagħrfu u nirrispettaw.

Kultura tal-laqgħa minflok kultura tal-iskart u tal-indifferenza

  • Nidentifikaw it-tensjonijiet fil-komunità li joħolqu d-distanzi bejnietna
  • Biex negħlbu l-kultura ta’ antagoniżmu, polarizzazzjoni u superfiċjalità, nippromwovu attitudni ta’ kollaborazzjoni fil-politika billi noħolqu spazji sikuri għad-djalogu u dibattitu intelliġenti.
  • Nisfidaw sistema abbużiva li tonqos milli tirrikonoxxi d-dinjità umana u l-limiti ambjentali, fil-kuntest ta’ sistema mmexxija mill-profitt li fiha ħadd mhu indispensabbli u kulħadd jista’ jintrema.

Il-ħidma tagħna 

Udjenzi

Il-Knisja:

  • Minħabba li l-iskop ewlieni tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja huwa li napplikaw prinċipji Nsara li għandhom l-għeruq tagħhom fl-Iskrittura għall-kwistjonijiet soċjali urġenti, aħna nfittxu li nagħtu pariri lill-mexxejja tal-Knisja f’Malta dwar kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja soċjali, filwaqt li noffru lill-Insara kollha, kumpass morali li jmexxihom biex jinkorporaw aktar l-ġustizzja u l-paċi ta’ Alla fid-dinja mkissra tagħna.

Persuni inkarigati mit-tfassil tal-politika:

  • Ispirati mill-imħabba speċjali ta’ Alla għall-emarġinati, infittxu li nippromwovu t-tamiet tagħna għas-soċjetà billi ninfluwenzaw lil dawk li jfasslu l-politika u nidħlu fi djalogu siewi u infurmat ma’ dawk kollha li kontinwament isawru s-soċjetà bid-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom.

Il-bnedmin kollha ta’ rieda tajba:

  • Filwaqt li jiffurmaw parti essenzjali mill-fidi u l-prattika Kattolika, il-prinċipji tat-Tagħlim Soċjali Kattoliku huma indirizzati lill-“bnedmin kollha ta’ rieda tajba” u għalhekk, infittxu li nrawmu kultura ta’ djalogu karatterizzat mir-rispett u ta’ kollaborazzjoni ma’ dawk l-aġenti kollha tal-bidla, li mhux biss jirreżistu strutturi u politiki inġusti, iżda jimpenjaw ruħhom b’mod attiv biex jittrasformawhom.    

Membri tal-Kummissjoni

Daniel Darmanin

PRESIDENT

Daniel gradwa bl-unuri mill-Università ta’ Malta fl-2007 fl-arkitettura u ħadem ma’ Architecture Project u d-Dipartiment tal-Kuntratti, qabel ma fetaħ l-uffiċċju tiegħu.  Dejjem kellu għal qalbu l-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp sostenibbli, u kompla b’suċċess l-istudji tiegħu permezz ta’ Masters fil-Ġustizzja Soċjali u l-Iżvilupp tal-Komunità mill-Universita ta’ Loyola, Chicago.

Min età żgħira, Daniel kien involut fis-settur tal-volontarjat u serva diversi rwoli fil-komunità, kemm fil-parroċċa u anke fid-djoċesi.  F’Settembru tal-2017, inħatar mill-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala l-president tal-Kummissjoni Ġustizja u Paċi. Fl-2018 ġie elett bħala membru fil-kunsill eżekuttiv tal-Konferenza tal-Kummisjonijiet Ewropej għall-Ġustizja u Paċi.

Katrine Camilleri

MEMBRU

Katrine gradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta u hija d-Direttur tas-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Reffuġjati (JRS) f’Malta. Katrine hija wkoll waħda mit-tliet rebbieħa tal-premju tad-Dinjità Umana ta’ Ronald Berger. Ingħatat dan l-unur għax-xogħol impekkabbli u l-inizjattivi ġusti tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità umana, filwaqt li jinkoraġixxu l-paċi u rispett reċiproku fejn nies ta’ twemmin u oriġini differenti jistgħu jgħixu flimkien.

Maria Cardona

MEMBRU

Maria Cardona gradwat fix-xjenzi naturali mill-Università ta’ Malta fl-2009 u riċentament gradwat b’dottorat fil-Kimika mill-Università ta’ Padova l-Italja.  Presentament hija parti minn tim ta’ Senior Research Officers inkarigati mir-riċerka ġewwa l-MCAST. Maria dejjem kellha għal qalbha ix-xogħol fil-komunità u ilha involuta f’attivitajiet volontarji kemm Malta u barra minn Malta u f’attivitajiet pastorali fuq livell parrokkjali għal diversi snin.   Maria għandha interess f’suġġetti relatati ma’ l-impatt ta’ l-iżviluppi xjentifiċi u teknologiċi fuq is-soċjetà. 

Ivan Cauchi

MEMBRU

Ivan, missier ta’ tliet itfal, jokkupa l-kariga ta’ Lettur Anzjan fl-MCAST. Huwa involut b’mod attiv fis-sorveljanza ta’ klassijiet ta’ lawrja vokazzjonali u dissertazzjonijiet filwaqt li jagħti moduli relatati mal-ekonomija u l-politika pubblika. Aspett distintiv tal-fokus akkademiku ta’ Ivan jinsab fl-impenn tiegħu għar-riċerka u l-pubblikazzjoni fil-qasam tal-‘Happiness Economics’. Barra mid-dinja akkademika, Ivan ilu kważi għaxar snin attiv fil-komunità lajka tal-MSSP, fil-ministeru tas-sagristija u s-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ fl-Oratorju tal-MSSP.

Ryan Dalli

MEMBRU

Fra Ryan OFM Cap ilu Kappuċċin għal dawn l-aħħar seba’ snin. Huwa għandu għal qalbu il-ħajja reliġjuża u s-sejħa profetika ta’ din il-ħajja fid-dinja. Fuq il-passi ta’ San Franġisk, għalih hija ta’ importanza kbira ir-rabta’ bejn il-ħajja ta’ fidi u l-ġustizzja soċjali.

Daniela Debono

MEMBRU

Daniela hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Antropoloġija u Professur Assoċjat fl-Università ta’ Malta. Preċedentement għallmet u wettqet riċerka fl-Università ta’ Malmö fl-Isvezja, fl-Istitut Universitarju Ewropew f’Firenze/l-Italja, u fl-Università ta’ Sussex fir-Renju Unit – li tiffoka fuq id-detenzjoni u d-deportazzjoni ta’ migranti, it-tfittxija u s-salvataġġ fil-Mediterran u l-ġestjoni ta’ akkoljenza ta’ migranti fi Sqallija, Lampedusa u Malta. Lokalment hija kienet volunteira ma’ JRS Malta, Caritas, Kopin, Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u l-Koalizzjoni għall-El Hiblu 3.

Anne Farrugia

MEMBRU

After graduating as a lawyer, Anne obtained a Masters in Social Work and is currently working as a social worker at Hospice Malta. She is also an active member of the Christian Life Community (CLC).