Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.
L-għan ta’ dawn il-podcasts kien li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk, f’kull episodju (minbarra l-ewwel u l-aħħar wieħed), iż-żewġ mistiedna kienu żgħażagħ stess li qasmu magħna l-esperjenzi tagħhom.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Discussion Guide li jista’ jintiża waqt laqgħat maż-żgħażagħ.
Episodju 1 – Id-Diskors
F’dan l-episodju nitkellmu dwar il-polarizzazzjoni fid-diskors, għalfejn tiġri, u kif qed tikber. Tissemma l-importanza tal-laqgħa mal-“ieħor”, kemm f’dak li naqblu kif ukoll f’dak li ma naqblux. X’nistgħu nagħmlu biex id-djalogu jġib għaqda u mhux firda?
🎙️ Mistiedna
Daniel Darmanin – President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Benjamin Flores-Martin – Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 2 – Il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja
Dan l-episodju jintroduċi f’aktar dettall it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Jissemmew is-seba’ prinċipji ewlenin tat-Tagħlim, filwaqt li tingħata emfażi partikolari lid-Dinjità tal-bniedem. Niddiskutu ukoll x’inhuma l-konsegwenzi meta dawn il-prinċipji ma nħarsuhomx.
🎙️ Mistiedna
Giulia Privitelli
Adam McCarthy
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 3 – L-ambjent
F’dan l-episodju nitkellmu dwar l-ambjent u fuq x’għandha tkun ir-relazzjoni tagħna mal-ambjent ta’ madwarna. Niddiskutu għalfejn naraw distakk bejn il-kliem u l-fatti u x’relevanza għandha l-fidi tagħna fuq il-mod ta’ kif nieħdu ħsieb l-ambjent.
🎙️ Mistiedna
Miriam Bonello
John Debattista
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 4 – Il-Missjoni tal-Knisja
F’dan l-episodju nitkellmu dwar il-Knisja u l-missjoni tagħha marbuta mat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Naraw ukoll kif dan it-Tagħlim isib l-għeruq tiegħu fil-Bibbja stess u llum il-ġurnata jieħu forma konkreta f’diversi inizjattivi li jpoġġu lill-imwarrbin fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Knisja f’Malta.
🎙️ Mistiedna
Sarah Camilleri
Arnold Mugliett
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 5 – Il-Familja
F’dan l-episodju nitkellmu ma’ koppja żagħżugħa dwar il-ħajja tagħhom bħala familja. Fost it-temi diskussi nitkellmu dwar x’tip ta’ deċiżjonijiet tinvolvi l-ħajja familjari, kif tinbidel il-ħajja fil-komunità, u x’inhuma l-isfidi li jiġu iffaċċjati.
🎙️ Mistiedna
Claire Callus
Simon Callus
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 6 – L-ekonomija
F’dan l-episodju nitkellmu dwar l-ekonomija u r-relevanza tagħha fil-ħajja tan-Nisrani. Jiġi diskuss fejn hemm qbil u fejn hemm diverġenza bejn it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja u xi mudelli tal-ekonomija sekulari. Kif tidħol il-fidi fid-deċiżjonijiet ekonomiċi?
🎙️ Mistiedna
Clarissa Micallef
Maria Giulia Pace
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 7 – Ix-xogħol
F’dan l-episodju nitkellmu dwar id-dinja tax-xogħol u l-bidliet il-kbar li rajna f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Ix-xogħol minn dejjem kien qasam li ngħata importanza kbira fit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, b’mod speċjali fejn jidħlu d-drittijiet tal-ħaddiema u r-rwol tal-unions.
🎙️ Mistiedna
Cecilia Zammit Endrich
Gabriel Pullicino
🎙️ Preżentaturi
Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi
Episodju 8 – Il-paċi
F’dan l-aħħar episodju nħarsu lura lejn it-temi kollha li ġew diskussi matul din is-serje. Issir stedina għal azzjonijiet konkreti fuq livell individwali u bħala komunitajiet. Niddiskutu wkoll ir-rwol tal-politika u l-involviment tan-Nisrani f’dan il-qasam tant importanti biex jiddetermina t-tip ta’ soċjetà li rridu nibnu u l-promozzjoni tal-paċi u l-ġustizzja soċjali.