Author: Daniel Darmanin

Baġit 2020: Naħsbu fil-ġid komuni fit-tul

B’rabta mad‑dokument ta’ qabel il‑Baġit 2020 ‘Sustaining Inclusive Growth’, il‑Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi laqgħet l‑istedina għall‑konsultazzjoni u għaldaqstant ħejjiet numru ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li qed tippreżenta għal konsiderazzjoni. Ir‑rakkomandazzjonijiet tqassmu fi tliet gruppi li jirriflettu tlieta mill‑miri għall‑iżvilupp sostenibbli tan‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑2030 (Sustainable Development Goals ‑ SDGs) tan‑Nazzjonijiet Magħquda. Ta’ min wieħed jinnota li dawn ir‑rakkomandazzjonijiet tfasslu wara eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu b’mod kontinwu ma’ gruppi differenti fis‑soċjetà fi ħdan il‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

L-identità Kattolika hija l-imħabba – Nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni: Kontronarrativa Kattolika

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, wara li rat żieda fl-appoġġ lejn il movimenti tal-lemin estrem, li wħud minnhom jibbażaw l-argumenti tagħhom fuq il-ħtiega li tiħi protetta ‘l-identita’ Kattolika tagħna’ kif ukoll stqarrijiet riċenti mill-Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri, li ġġustifikaw is-sejħa tiegħu li jiġu esklużi b’mod partikulari immigranti u Musulmani meta wera x-xewqa tiegħu li jgħix f’pajjiż Kattoliku, thoss il-bżonn li titkellem dwar id-dmir tagħna bħala Kattoliċi li nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni… Kompli aqra »

Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew

Meta aħna nitkellmu fuq viżjoni nisranija jew biex inkunu aktar preċiżi kattolika, għal politika Ewropea, ħafna mill-ewwel jaħsbu fuq l-oġġezzjoni tal-Knisja għal-abort.  Bla ebda dubju l-qtil tal-Innoċenti hija kwistjoni importanti ħafna, pero viżjoni politika mibnija fuq kwistjoni waħda biss hija viżjoni mijopika.

In-nisrani huwa msejjaħ biex ikollu sehem attiv fil-ħajja politika fl-oqsma kollha, minkejja li jimxi l-ħajja tiegħu fuq din l-art b’ħarstu lejn is-sema.  Il-Konċilju Vatikan II, permezz tad-dokument Gaudium et Spes, ifakkarna fi kliem Santu Wistin li jiddeskrivi n-nisrani bħalha ċittadin taż-żewġt ibliet, iġġifieri dik tas-sema u dik tal-art.  Dan id-dokument iħeġġeġ lill-insara “biex ifittxu jaqdu sewwa d-dmirijiet tagħhom ta’ l-art, immexxijin mill-ispirtu ta’ l-Evanġelju”, u jemfasiżża illi dawk n-nisrani li ma jimpennjax ruħu fis-soċjeta jkun qed jonqos mid-dmirjiet tiegħu lejn il-proxxmu, anzi wkoll lejn Alla nnifsu….”[1]  Hija l-fidi stess li tobbliga lil kull nisrani jipparteċipa fil-ħajja politika, kull wieħed skond is-sejħa tiegħu… Kompli aqra »

Il-ħtieġa ta’ djalogu responsabbli

Fid‑dawl tad‑diskussjonijiet preżenti dwar l‑emendi għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni, il‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed issejjaħ għal djalogu responsabbli li jmur lil hinn minn pożizzjonijiet polarizzati, u li jkun iffukat fuq il‑ġid komuni ta’ kulħadd mingħajr ma jiġu attakkati personalment dawk li għandhom fehmiet opposti.

Mhijiex l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi li tirrepeti dak li l‑Knisja diġà espremiet b’mod ċar dwar dawn il‑proposti… Kompli aqra »

It-tfittxija għall-ġustizzja soċjali fis-soċjetà tagħna bħala pass integrali fil-mixja lejn il-Paċi

  • Sommarju
  • Il‑bniedem, mhux l‑‘alla tal‑flus’, għandu jkun fiċ‑ċentru tas‑sistemi soċjali u ekonomiċi, jekk irridu li ssaltan il‑ġustizzja soċjali.Dan hu l‑messaġġ ewlieni tad‑dokument ippubblikat mill‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi u l‑Kummissjoni Emigranti tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li jfakkar il‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali, llum it‑Tlieta, 20 ta’ Frar. Illum mistednin niftakru li l‑faqar hu reali u li hemm wħud minnha li qed jitqabdu biex jgħixu, u li aħna msejħin nieħdu azzjoni konkreta biex jinqered il‑faqar f’kull forma tiegħu, għax kif qal il‑Papa Franġisku fl‑Anġelus t’Ottubru li għadda: “Il‑faqar mhuwiex sfortuna inevitabbli: il‑kawżi tiegħu jridu jiġu identifikati u jitneħħew.”Bħalma t‑tema magħżula mill‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali 2018 tiffoka fuq il‑migrazzjoni, id‑dokument jirrifletti dwar kif nagħmlu l‑liġijiet u l‑policies ta’ Malta dwar il‑migrazzjoni u l‑ażil aktar ġusti, billi niffukaw fuq in‑nies…
  • Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-MIGRANTI U REFUĠJATI 2018

Għeżież aħwa!

“Ikun għalikom il-barrani bħal wieħed ta’ ġewwa; ħobbu bħalek innifsek, għax barranin kontu fl-art tal-Eġittu: Jien il-Mulej Alla tagħkom” (Levitiku 19:34).

Fl-ewwel snin tal-pontifikat tiegħi, jien ripetutament stqarrejt it-tħassib partikolari tiegħi dwar il-qagħda mwegħra ta’ bosta migranti u refuġjati li jaħarbu mill-gwerer, persekuzzjonijiet, diżastri naturali u faqar. Dan huwa mingħajr dubju “sinjal taż-żminijiet” li jien ippruvajt ninterpreta dejjem, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, sa miż-żjara tiegħi f’Lampedusa fit-8 ta’ Lulju, 2013… Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”… Kompli aqra »