Aħbarijiet

Il-ħtieġa ta’ djalogu responsabbli

Fid‑dawl tad‑diskussjonijiet preżenti dwar l‑emendi għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni, il‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed issejjaħ għal djalogu responsabbli li jmur lil hinn minn pożizzjonijiet polarizzati, u li jkun iffukat fuq il‑ġid komuni ta’ kulħadd mingħajr ma jiġu attakkati personalment dawk li għandhom fehmiet opposti.

Mhijiex l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi li tirrepeti dak li l‑Knisja diġà espremiet b’mod ċar dwar dawn il‑proposti… Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”… Kompli aqra »