Riżorsi

L-Ilma – Sors ta’ ħajja u element essenzjali għall-iżvilupp integrali tal-bniedem.

Meta wieħed jgħix fuq gżira f’nofs il-Mediterran, bħalna il-Maltin, il-probabilta’ hi li jispiċċa jieħu l-ilma for granted.  Ninsabu mdawrin bl-ilma minn kull direzzjoni.  Huwa ferm faċli li tiftaħ il-vit u ssib ilma tajjeb għax-xorb.  Huwa ħafna diffiċli timmaġina li madwar id-dinja  hawn madwar żewġ biljun ruħ li m’għandhomx aċċess għal ilma li hu nadif u tajjeb għax-xorb.  Minkejja li l-ilma jifforma proporzjon kbir tal-wiċċ tad-dinja fil-forma ta’ oċeani u ibħra, huwa biss madwar 1.2% ta’ dan kollu li hu aċċessibli bħala ilma ħelu min lagi, għadajjar jew xmajjar.  Madankollu, l-aċċess għal dan l-ilma mhux imqassam b’mod ekwu u ħafna mid-drabi l-ilma ma jkunx tajjeb għax-xorb minħabba tniġġis u kontaminazzjonijiet oħra.  Proċessi industrijali waslu wkoll għal żieda fid-domanda tal-ilma ħelu.  L-ilma huwa ġid komuni u dritt fundamentali tal-bniedem, però hemm diversi drabi fejn dan id-dritt ma jiġix rispettat.  Dokument maħruġ mill-Vatikan bl-isem Aqua fons vitae (L-ilma hu sors ta’ ħajja) jesplora dan l-aspett fundamentali tal-ilma għall-promozzjoni tad-dinjita’ umana u l-integrita’ tal-iżvilupp tal-bniedem.  L-immaniġjar tad-diversi sorsi tal-ilma jista’ jsib ispirazzjoni mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, speċjalmet fir-rigward ta’ temi b’relazzjoni mad-dinjita’ tal-bniedem, s-solidarjeta’, il-ġustizzja, id-destinazzjoni universali tal-ġid, is-sussidarjetà, il-ġid komuni, l-ekoloġija integrali, l-iżvilupp integrali tal-bniedem, kif ukoll l-għażla preferenzjali favur il-fqir.  L-ilma jirrapreżżenta qasam li jippermettilna nwettqu fil-prattika prinċipji evanġeliċi favur il-ġid tal-umanita’… Kompli aqra »

Ieqaf, Ammira & Isma’

[1]Stop, look and listen.

See how wonderful it is.

But don’t think just yet.

For thoughts can be beautiful pathways,

But they can also make you forget.

Be still, look, and listen.

Even a mind must rest to create its best.

So, do not worry, dear heart, head, and hands,

You will have your season to work and to play… Kompli aqra »

Riflessjoni tar-Randan 2020

Ir-randan jitqies bħala perjodu ta’ penitenza u tiġdid, fejn nagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar okkażjonijiet varji fejn stajna dnibna, filwaqt li nikkommettu ruħna biex nimxu wara’ Ġesu.  B’referenza għal dan, l-enċiklika “Laudato Si”, tagħti importanza li aħna nwettqu konverżjoni interjuri, billi nkunu konxji tal-iżbalji, tad-dnubiet, tal-ħtijjiet u tan-nuqqasijiet tagħna. (217 – 218)

Il-Moviment Kattoliku dwar il-bidla fil-Klima Dinjija (GCCM), jipproponi sabiex nagħmlu analiżi personali tas-seba’ dnubiet kardinali (kburija, regħba, żina, rabja, għira, għażż u sokor).  B’hekk nirifflettu u neżaminaw dawn id-dnubiet minn lenti tad-dnub ekoloġiku, fejn nirriflettu fuq dawk il-mumenti li ġagħluna nitbiegħdu mill-Ħallieq, minn sħabna u saħansitra minna nfusna stess.  Bħala Kattoliċi li naħdmu favur il-ġustizzja, hemm tendenza li nikkonċentraw iżżejjed fuq soluzjonijiet sofistikati relatati ma’ regolamenti tal-Gvern, tratatti internazzjonali jew programmi edukattivi.  Għalkemm dawn huma neċessarji u importanti, ma’ nistawx ninsew l-att spiritwali relatat ma’ dawn il-problemi… Kompli aqra »

L-Ekonomija ta’ Franġisku: Iż-żgħażagħ, patt għall-futur

Fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi globali tal-lum, kemm l-ambjent kif ukoll id-dinjità tal-bniedem jinsabu f’riskju, bi tħassib għat-tisħiħ tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri. Il-mudelli attwali ta’ tkabbir mhumiex kapaċi jiggarantixxu r-rispett għall-ambjent, il-ftuħ għall-ħajja, it-tħassib tal-familji, l-ugwaljanza soċjali u d-dinjità tal-ħaddiema. Dan huwa rifless fit-tagħlim tal-Papa Franġisku, li kkritika bil-qawwa l-istat patoloġiku tal-ekonomija globali billi rrefera għalih bħala “ekonomija li toqtol”.

Fid-dawl ta’ dan, il-laqgħa internazzjonali ‘L-Ekonomija ta’ Franġisku’, se tlaqqa’ liż-żgħażagħ biex jiġu mħeġġa jkunu l-protagonisti għall-bidla tal-mudelli ekonomiċi attwali… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-MIGRANTI U REFUĠJATI 2018

Għeżież aħwa!

“Ikun għalikom il-barrani bħal wieħed ta’ ġewwa; ħobbu bħalek innifsek, għax barranin kontu fl-art tal-Eġittu: Jien il-Mulej Alla tagħkom” (Levitiku 19:34).

Fl-ewwel snin tal-pontifikat tiegħi, jien ripetutament stqarrejt it-tħassib partikolari tiegħi dwar il-qagħda mwegħra ta’ bosta migranti u refuġjati li jaħarbu mill-gwerer, persekuzzjonijiet, diżastri naturali u faqar. Dan huwa mingħajr dubju “sinjal taż-żminijiet” li jien ippruvajt ninterpreta dejjem, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, sa miż-żjara tiegħi f’Lampedusa fit-8 ta’ Lulju, 2013… Kompli aqra »