Matul din il-ġimgħa, l-Insara kollha huma mħeġġa sabiex jingħaqdu flimkien u jitobu għall-għaqda fost l-Insara.  Hekk tiġi mwettqa x-xewqa ta’ Kristu fejn dawk kollha li jemmnu fil-kelma tiegħU jkunu ħaġa waħda (Gwanni 17, 20-21).  Dan qed iseħħ fi żmien fejn l-għaqda ta’ bejnietna, kif ukoll dik fil-Knisja Kattolika, qed taffaċċja numru ta’ sfidi.

Fit-tfittxija tal-għaqda u r-rikonċiljazjoni fostna l-Insara, ħafna drabi jqumu dubji dwar kif inħarsu lejn tradizjonijiet u kulturi differenti.  Dan l-eżerċizju jirrikjedi l-ħtieġa ta’ “Qalb Sensittiva”.  Il-ħniena, il-mogħhdrija u kif ukoll l-impenn soċjali lejn l-ambjent, il-fqir u l-emarġinat huma appuntu t-twemmin li jaqqgħad nazzjonijiet, kulturi u anki reliġjonijiet diversi.  Iktar milli niffukaw fuq dak li jagħmilna differenti, jaqbel aktar nħarsu lejn dak li huwa komuni, b’hekk jiġu eliminati preġudizji qarrieqa u nkunu nistgħu nħaddnu l-għaqda.

Dan il-ħsieb ġie wkoll rifless fil-messaġġ li wassal l-Arċisqof Charles J. Sciculna dwar din il-gimgħa ta’ talb.  Hu enfażizza dwar il-ħtieġa li l-Insara jkunu xiedha ħajja ta’ għaqda, ġenerożita’, ospitalita’ u mħabba, l-istess bħalma l-Maltin kienu wrew ma’ l-Appostlu Pawlu u n-nies li kien hemm miegħu fin-nawfraġju. 

Meta niftħu qalbna għall-xulxin, nkunu qed insaħħu il-fiduċja u r-rispett reċiproku bejnietna l-Insara.  Meta negħlbu dak li jifridna, nkunu nistgħu naħdmu flimkien f’armonija lejn dak li hu l-aħjar għal-ġid tal-bniedem u tad-dar komuni taghna: d-dinja.

https://knisja.mt/gimgha-ta-talb-ghall-ghaqda-fost-l-insara-2020/?_ga=2.71106070.785160714.1579770684-1197600975.1572700534