Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Paċi (1 ta’ Jannar 2020), il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjoċesi Maltija varat it-tiġdid tal-websajt u l-mezzi socjali tagħha.
Matul is-sena li għaddiet, il-kummissjoni kompliet tippromwovi l-messaġġ tagħha għal-qadi tal-iżvillup integru tas-soċjeta’ tagħna. Minbarra dan il-kummissjoni ħadmet ukoll fuq tisħiħ u tiġdid tagħha innifisha bil-għan li tkun tista’ twassal b’mod aħjar il-messaġġ tagħha ta’ ġustizzja u paċi fiż-żmien diġitali.
Il-Kummissjoni tawgura li matul is-sena 2020 l-poplu Malti jissaħħaħ fit-tama, u li din tibqa’ tkun “il-virtù li tispirana, biex nibqgħu navvanzaw, saħansitra meta l-ostakli jidhru kbar wisq biex jiġu megħluba.”1
1. Messaġġ tal-Qdusija tiegħu FRANĠISKU fiċ-ċelebrazzjoni tat-53 JUM DINJI TAL-PAĊI