Daniel Darmanin, il-president tal-Kummissjoni, iltaqa’ mal-Kardinal Peter Turkson, prefett tad-Dikasteru għall-promozzjoni tal-iżvilupp sħiħ tal-persuna. F’din il-laqgħa ġiet diskussa l-ħidma kontinwa tal-kummissjoni, b’mod partikolari l-ħajja fl-ibħra, fid-dawl tal-konferenza organizzata s-sena l-oħra f’Copenhagen, id-Danimarka minn Justice & Peace Europe u sħab oħra. Il-Kummissjoni Maltija bħalissa qed tgħin fil-preparazzjoni ta’ dokument komuni li ser jiġi addottat mill-kummissjonijiet tal-Ewropa dwar din il-kwistjoni u l-kawżiet ewlenin li qed iwasslu għal dawn il-problemi. Ġie diskuss ukoll ‘The Economy of Francesco’, fejn is-sur Darmanin spjega li l-Kummissjoni qed taħdem fuq proġett dwar il-prinċipji ta’ dan il-konvenju internazzjonali. L-għan tal-kummissjoni huwa li ġġib flimkien numru ta’ stakeholders biex jipproponu numru ta’ miżuri li jġeddu l-ekonomija Maltija billi jħarsu lil hinn mit-tkabbir tal-GDP
Il-Kardinal Turkson kien Malta għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru fit-tieni ċentinarju mit-twaqqif tyal-kolleġjata tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz fil-Birgu.