Daniel Darmanin ipparteċipa għal din il-laqgħa ġenerali ta’ Justice and Peace Europe ġewwa Nikosija, bejn l-21 u t-23 ta Frar. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll żewġ delegati tas-Santa Sede, kif ukoll il-membri l-ġodda tal-Kummissjoni Ċiprijotta.
Id-delegati kienu milqugħin mill-Arċisqof Maronita Ċiprijott, Joseph Antoine Soueif, fejn f‘isem il-konferenza episkopali ta’ Ċipru, hu responsabli mill-Ġustizzja u Paċi. L-Arċisqof ilu għal dawn l-aħħar sentejn għaddej b’ħidma sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni, u proprju din il-lagħqa serviet sabiex din titniedha. Dawk preżenti għal din il-konferenza kellhom l-opportunita’ sabiex jifmhu aħjar l-istorja ta’ din il-gżira, id-diffikultajiet li esperjenzaw mal-medda tas-snin u l-qasma li seħħet fl-1974, fejn il-parti ta’ fuq ta’ din il-gżira għadha tinsab sal-lum il-ġurnata taħt ħakma Torka, bil-lingwa uffiċċjali tkun dik Torka u predominazzjoni tar-reliġjon Islamika. B’hekk, f’din il-parti tal-gżira naraw kif Kattoliċi-Griegi,Ortodossi u anke il-Maroniti, jew dawk il-Lebaniżi ta’ nisel Arbi Kattoliku, sfaw mifruda mil-familji tagħhom, filwaqt li ġew miċħuda milli jipprattikaw il-fidi reliġjuża li huma jħaddnu. Ftit mil-villaġġi fil-fruntiera ġew kkonvertiti f’kampijiet Militari Torok, fejn dawk in-nies li kienu jgħixu hemm, tilfu d-djar tagħhom ukoll. Wara snin ta’ djalogu, is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ partijietqed tittejjeb xi ftit, pero hemm bżonn ta’ iktar ħidma sabiex id-diversi etniċitajiet ikunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi. Dan huwa possibli, kif fil-fatt intwera waqt serata ta’ kant imtellgħa minnkor u orkestra lokalimagħmul minn etniċitajiet diversi.
Matul din il-laqgħa, ir-rapreżentanti ta’ kull pajjiż ippreżentaw rendikont tad-diversi proġetti u problemi li jaffetwaw lilhom mil-lenti ta’ pajjiżhom. Kif ukoll, bħala parti mil-laqgħa, il-parteċipanti kellhom żjara fil-fergħa lokali tal-Caritas, filwaqt li l-Ħadd esperjenzaw il-liturġija Maronita.
Il-laqgħa li jmiss, ser tkun fi Frar tal-2021, ġewwa l-Ungerija.