L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment tal-Ġiżwiti, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.
Ser nidħlu fil-fond ta’ din l-Enċiklika fi tmien laqgħat fejn kull laqgħa tinkludi preżentazzjoni tat-tema, riflessjoni u diskussjoni fi gruppi, talb u l-esplorazzjoni ta’ kif dawn it-temi jistgħu jissarrfu f’azzjoni.
Dawn il-laqgħat, li jibdew fil-5 ta’ Jannar, huma stedina għal konverżjoni fil-mod ta’ kif inħarsu lejn u ngħixu l-ħajja.
Il-parteċipazzjoni għal dawn il-laqgħat hija bla ħlas. Fl-istess ħin, napprezzaw jekk il-parteċipanti ikunu jistgħu jagħtu donazzjoni wara kull laqgħa biex jitkopru l-ispejjeż.
Min hu interessat jista’ jibbukkja hawn: