Rethink.mt

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda. Hawnhekk, il-Papa semma l-isfidi l-kbar li qed naffaċjaw bħala soċjetà, bħal mhuma l-migrazzjoni, il-governanza tajba, il-paċi u d-dinjità tal-bniedem.

X’relevanza għandhom dawn il-kliem mhux biss għall-Insara f’Malta imma wkoll għall-membri tas-soċjetà ċivili li qed jaħdmu favur soċjetà iktar ġusta? F’taħdita ma’ żewġ membri tal-Moviment Graffitti, Andre Callus u John Paul Cauchi, nistaqsu jekk wasalx iż-żmien li naħsbu f’mudell ekonomiku radikalment differenti, li jieħu ħsieb il-bnedemin u d-dinja tagħna, minflok jgħakkes u jkisser. Nesploraw kif nistgħu nibnu komunitajiet li ma jisfawx ipparalizzati u maħkuma mill-biża’ ta’ min hu differenti minna.  

Fejn jidħlu ż-żgħażagħ, naraw l-għodod li għandna f’idejna biex ma naqtgħux qalbna quddiem l-isfidi l-kbar ta’ quddiemna, u nibqgħu nittamaw, flimkien, li jeżistu alternattivi għas-sistemi ekonomiċi li qed iħallu lil ħafna nies mal-ġenb tat-triq.

Artikli marbutin mat-tema: