MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-MIGRANTI U REFUĠJATI 2018
Għeżież aħwa!
“Ikun għalikom il-barrani bħal wieħed ta’ ġewwa; ħobbu bħalek innifsek, għax barranin kontu fl-art tal-Eġittu: Jien il-Mulej Alla tagħkom” (Levitiku 19:34).
Fl-ewwel snin tal-pontifikat tiegħi, jien ripetutament stqarrejt it-tħassib partikolari tiegħi dwar il-qagħda mwegħra ta’ bosta migranti u refuġjati li jaħarbu mill-gwerer, persekuzzjonijiet, diżastri naturali u faqar. Dan huwa mingħajr dubju “sinjal taż-żminijiet” li jien ippruvajt ninterpreta dejjem, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, sa miż-żjara tiegħi f’Lampedusa fit-8 ta’ Lulju, 2013… Kompli aqra »