L-Erbgħa, 6 t’April, 2022 huwa t-tielet anniversarju tal-qtil brutali ta’ Lassana Cisse. Atti ta’ vjolenza bħal dan iridu jiġu mfakkra, mhux minsijin jew imsikktin. Ħafna organizzazjonijiet qegħdin quddiem il-qrati tal-ġustizzja llum b’solidarjetà ma ħutna li għadhom jaffaċċjaw il- vjolenza sempliċiment għax huma suwed. Il-komunità Maltija qegħda hawn flimkien mal- komunità tal-immigranti biex tikkundanna kull forma ta’ razziżmu u att ta’ vjolenza.
Dan kien attakk terrorista li kellu l-għan li jġib it-terrur fostna. Iż-żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li allegatament sparaw fuq Lassana, x’aktarx għamlu hekk għax ħasbu li se jeħilsuha ħafif, mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi. Dan l-aġir kien aġevolat mir-retorika politika li tagħti l-impressjoni li l-barranin jistgħu jiġu trattati bħala nies inferjuri.
Huwa importanti ħafna li nagħrfu il-qtil brutali ta’ Lassana bħala l-quċċata tar-razziżmu sistematiku u istituzzjonalizzat li qed jaffettwa lis-soċjetà tagħna fuq kull livell, inkluż fil-qrati tagħna, fil-militar, fis-sistema tas-saħħa, fl-impjieg, fl-edukazzjoni, jew biex isibu post diċenti fejn joqogħdu. Ninsabu mħassba wkoll dwar rapporti ta’ profili razzjali li saru mill-pulizija. Il- barranin qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni ta’ rutina fil-biċċa l-kbira tat-trattamenti tagħhom mas-soċjetà Maltija.
Dan kollu jseħħ f’kuntest. Id-diskors politiku ilu jifrex il-fjammi tal-preġudizzji razzisti għal żmien twil, filwaqt li oħrajn aċċettaw id-diskriminazzjoni għax baqgħu siekta. Jeħtieġ li l- Gvern jagħti messaġġ ċar li r-razziżmu u l-preġudizzju mhumiex se jkunu tollerati. B’hekk biss nistgħu nibdew naraw bidla veru kemm fis-servizzi pubbliċi u f’dawk privati. Il-Prim Ministru Robert Abela nimmaġinaw li jaf x’tip ta’ messaġġi qed jintbagħtu lill-pubbliku. Hija r- responsabbiltà tiegħu li juża l-pożizzjoni ta’ poter li għandu biex jinfluenza lill-poplu b’mod pożittiv u li jmexxi bl-eżempju billi juri li l-Maltin u l-barranin jistgħu jgħixu fil-paċi flimkien, fejn xulxin, hi x’inhi r-reliġjon, in-nazzjonalità u/jew il-kulur tal-ġilda tagħhom.
Aħna ninstabu wkoll verament diżgustati li tliet snin wara mewtu, il-ġisem ta’ Lassana Cisse għadu ma tħalliex jintbagħat lura għand il-familja tiegħu il-Kosta tal-Ivorju. Hija xokkanti kif l- awtoritajiet ikomplu jġibu s-sitwazzjoni ta’ familtu mill-ħażin għall-agħar minħabba li baqgħu ma jistgħux jidfnu lil Lassana u jsellmulu għall-aħħar darba. Għalhekk qegħdin insejħu lill- awtoritajiet biex jirritornaw il-ġisem ta’ Lassana bla dewmien biex b’hekk il-familja tiegħu tkun tista’ b’xi mod tagħlaq dan l-episodju ikraħ.
Organizzazjonijiet li qed jappoġjaw:
- aditus foundation
- African Media Association Malta
- Alleanza Kontra l-Faqar
- Allied Rainbow Communities
- Anti-Poverty Forum Malta
- Association for Justice, Equality and Peace
- Blue Door English
- Caritas Malta
- Dar Hosea
- Department for Inclusion and Access to Education, UOM
- Drachma LGBTI and Drachma Parents
- Maltese Association of Social Workers
- Men Against Violence
- Fondazzjoni Sebħ
- Humanists Malta
- Integra Foundation
- JRS
- Kopin
- LGBTI+ Gozo
- Malta House of Prayer
- Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM)
- Marie Louise Coleiro Preca
- Migrant Women Association Malta
- Moviment Grafħtti
- Repubblika
- Richmond Foundation
- SOS Malta
- St Jeanne Antide Foundation
- Sudanese Community Malta
- The Critical Institute
- The Daphne Caruana Galizia Foundation
- The ElHiblu3 campaign
- The Good shepherd Sisters – Dar Merhba Bik Foundation
- The Justice and Peace Commission
- The Paulo Freire Institute Foundation