Jitilfu ħajjithom waqt li jippruvaw jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum
F’Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tixtieq li, għal darb’oħra, tiġbed l-attenzjoni fuq ix-xorti traġika ta’ dawk il-ħaddiema tal-kostruzzjoni li, sfortunatament, huma l-vittmi ta’ tendenza li qed tokkorri spiss, li jitilfu ħajjithom huma u jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Il-korrimenti serji u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol iseħħu f’setturi ekonomiċi oħra bħall-manifattura. Madankollu, l-ogħla numru ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol jibqa’ abbinat mas-siti tal-kostruzzjoni… Kompli aqra »