Rebħa jew telfa
Issa li, bil-mod il-mod, il-pajjiż qed imur lura għar-rutina tas-soltu wara l-Elezzjoni Ġenerali li saret is-Sibt li għadda, Malta tidher li tinsab f’xenarju familjari: nofs il-poplu qed jiċċelebra, u n-nofs l-ieħor jinsab f’luttu. Xi nies qed iċemplu lill-qraba u lill-ġirien biex jinkuhom. Oħrajn iċemplu biex jagħmlu kuraġġ lil xulxin. Ħafna ħadu r-ruħ, filwaqt li oħrajn qed jokorbu bl-uġigħ, bir-rabja u l-qtigħ il-qalb. Fi kliem ieħor, għal darb’oħra, il-partiġjaniżmu estrem jidher li għadu preżenti wara l-elezzjoni daqskemm kien preżenti fil-ġimgħa ta’ qabel l-elezzjoni… Kompli aqra »