Position Papers

Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew

Meta aħna nitkellmu fuq viżjoni nisranija jew biex inkunu aktar preċiżi kattolika, għal politika Ewropea, ħafna mill-ewwel jaħsbu fuq l-oġġezzjoni tal-Knisja għal-abort.  Bla ebda dubju l-qtil tal-Innoċenti hija kwistjoni importanti ħafna, pero viżjoni politika mibnija fuq kwistjoni waħda biss hija viżjoni mijopika.

In-nisrani huwa msejjaħ biex ikollu sehem attiv fil-ħajja politika fl-oqsma kollha, minkejja li jimxi l-ħajja tiegħu fuq din l-art b’ħarstu lejn is-sema.  Il-Konċilju Vatikan II, permezz tad-dokument Gaudium et Spes, ifakkarna fi kliem Santu Wistin li jiddeskrivi n-nisrani bħalha ċittadin taż-żewġt ibliet, iġġifieri dik tas-sema u dik tal-art.  Dan id-dokument iħeġġeġ lill-insara “biex ifittxu jaqdu sewwa d-dmirijiet tagħhom ta’ l-art, immexxijin mill-ispirtu ta’ l-Evanġelju”, u jemfasiżża illi dawk n-nisrani li ma jimpennjax ruħu fis-soċjeta jkun qed jonqos mid-dmirjiet tiegħu lejn il-proxxmu, anzi wkoll lejn Alla nnifsu….”[1]  Hija l-fidi stess li tobbliga lil kull nisrani jipparteċipa fil-ħajja politika, kull wieħed skond is-sejħa tiegħu… Kompli aqra »

Inġeddu l-mod ta’ x’nifhmu bi progress

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi temmen li l‑prosperità finanzjarja li għaddej bħalissa minnha l‑pajjiż għandha tissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Fid‑dokument tagħha bil‑proposti għal qabel il‑Baġit 2019, il‑kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjonijiet marbuta ma’ ħames oqsma ewlenin: it‑trasport, l‑ambjent, is‑saħħa, l‑akkomodazzjoni affordabbli u l‑migrazzjoni.

Trasport: Huma meħtieġa aktar soluzzjonijiet fit‑tul flok dawk temporanji. Dawn jistgħu jinkludu titjib fl‑infrastruttura tagħna biex tkun tista’ tippermetti li t‑trasport pubbliku, il‑carpooling, il‑mixi u ċ‑ċikliżmu verament ikomplu jsiru alternattivi validi għall‑vetturi privati… Kompli aqra »

Il-ħtieġa ta’ djalogu responsabbli

Fid‑dawl tad‑diskussjonijiet preżenti dwar l‑emendi għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni, il‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed issejjaħ għal djalogu responsabbli li jmur lil hinn minn pożizzjonijiet polarizzati, u li jkun iffukat fuq il‑ġid komuni ta’ kulħadd mingħajr ma jiġu attakkati personalment dawk li għandhom fehmiet opposti.

Mhijiex l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi li tirrepeti dak li l‑Knisja diġà espremiet b’mod ċar dwar dawn il‑proposti… Kompli aqra »

It-tfittxija għall-ġustizzja soċjali fis-soċjetà tagħna bħala pass integrali fil-mixja lejn il-Paċi

  • Sommarju
  • Il‑bniedem, mhux l‑‘alla tal‑flus’, għandu jkun fiċ‑ċentru tas‑sistemi soċjali u ekonomiċi, jekk irridu li ssaltan il‑ġustizzja soċjali.Dan hu l‑messaġġ ewlieni tad‑dokument ippubblikat mill‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi u l‑Kummissjoni Emigranti tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li jfakkar il‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali, llum it‑Tlieta, 20 ta’ Frar. Illum mistednin niftakru li l‑faqar hu reali u li hemm wħud minnha li qed jitqabdu biex jgħixu, u li aħna msejħin nieħdu azzjoni konkreta biex jinqered il‑faqar f’kull forma tiegħu, għax kif qal il‑Papa Franġisku fl‑Anġelus t’Ottubru li għadda: “Il‑faqar mhuwiex sfortuna inevitabbli: il‑kawżi tiegħu jridu jiġu identifikati u jitneħħew.”Bħalma t‑tema magħżula mill‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑Jum Dinji għall‑Ġustizzja Soċjali 2018 tiffoka fuq il‑migrazzjoni, id‑dokument jirrifletti dwar kif nagħmlu l‑liġijiet u l‑policies ta’ Malta dwar il‑migrazzjoni u l‑ażil aktar ġusti, billi niffukaw fuq in‑nies…
  • Kompli aqra »

Meħtieġa viżjoni ħolistika li twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tqis li l‑Baġit 2018 fih miżuri pożittivi u inkoraġġanti fuq diversi aspetti. Dawn jinkludu il‑proposti dwar: l‑iskema dwar l‑iskart u l‑kontenituri tax‑xorb li għandha tħalli impatt fuq l‑ambjent, it‑trasport kollettiv, il‑vjolenza domestika, u l‑adozzjoni u l‑fostering.

Il‑Kummissjoni tqis ukoll li l‑Baġit jindirizza xi aspetti li jaffetwaw il‑kwalità tal‑ħajja, bħal pereżempju l‑ġurnata addizzjonali ta’ leaveKompli aqra »