Il-Futur tal-Ewropa
Sejħa għad-djalogu bħala ċ-ċavetta għal bidliet ġusti
“Il-ħajja, bil-konfronti kollha tagħha, hija l-arti tal-laqgħa”
Fratelli Tutti, 215
1) Kuntest: Matul is-snin li ġejjin, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huma msejħa biex jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Din l-inizjattiva, proġett konġunt tal-Kummissjoni Ewropea, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE), se tiftaħ dibattitu wiesa’ dwar id-deċennju li ġej għall-UE u lil hinn. L-2021 se tkun ukoll l-ewwel sena sħiħa wara Brexit u b’hekk, se tinħass il-ħtieġa li jerġgħu jinbnew konnessjonijiet pożittivi bejn ir-Renju Unit u l-ġirien tagħha… Kompli aqra »