L-ilma u l-iżvilupp integrali tal-bniedem; l-għajta tal-fqir u tad-Dinja
“Għandi l-għatx”. Hekk lissen Ġesu’ minn fuq is-salib. “Kull min għandu l-għatx ħa jiġi għandi u jixrob” (Jn 7:37). Dan il-kliem ta’ Ġesu’ jixhed għall-fatt li l-ilma huwa element essenzjali sabiex il-bniedem jibqa’ jgħix u b’mod san. Id-definizzjoni tal-ħajja nnifisha tiddependi fuq l-ilma. L-astronomi jfittxu għall-sinjali ta’ l-ilma sabiex jevalwaw il-possibilta’ tal-ħajja fuq pjaneti oħra. Aqua fons vitae (id-dokument ippublikat riċentament mil-Vatikan) jiddefinixxi tlett dimensjonijiet relatati ma’ l-ilma u kif dan jiġi immaniġjat: l-ilma għall-użu tal-bniedem, l-ilma għall-attivitajiet tal-bniedem u l-ilma bħala spazju… Kompli aqra »