Workshop Internazzjonali ta’ Justice and Peace Europe 2020
Il-Konferenza tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi Ewropej (Justice & Peace Europe) organizzat il-Workshop Internazzjonali u l-Assemblea Ġenerali annwali tagħha bejn l-10 u t-12 ta’ Ottubru b’mod online. Ħamsin parteċipant minn aktar minn għoxrin pajjiż u minn kummissjonijiet differenti kienu involuti. Il-Kummissjoni Maltija kienet irrappreżentata minn Daniel Darmanin li huwa wkoll membru fil-kumitat eżekuttiv ta’ JP Europe. Fr. Carlo Calleja ħa sehem ukoll fil-workshop internazzjonali. It-tema tal-Workshop Internazzjonali ta’ din is-sena kienet ir-Reliġjon u s-Soċjetà fi żminijiet ta’ Covid-19… Kompli aqra »