ahbarijiet

Il-popli indiġeni huma appell ħaj għat-tama

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem (10 ta’ Diċembru 2019), il-kumitat eżekkutiv ta’ Justice & Peace Europe ħareġ stqarrija bit-tema: “Il-popliindiġeni huma appell ħaj għat-tama”, b’emfasi fuq id-drittijiet tal-popli indiġeni u min jiddefendihom. Din l-għażla kienet ispirata mis-Sinodu tal-Amazon li għadu kif intemm f’Ruma.

Filwaqt li l-kwistjonijiet li jaffaċjaw dawn il-popli jistgħu jidhru ‘l bogħod mill-ħajja tagħna, tajjeb nagħrfu illi ħafna drabi l-għażliet tagħna jkollhom impatt dirett fuq dawn in-nies li qed ibatu minħabba l-inġustizzji fid-dinja, u li hemm modi differenti kif nistgħu ngħinuhom… Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”… Kompli aqra »