Kummissjoni Ġustizzja u Paċi: Ewropa magħquda favur il-ġid komuni
Fid‑dawl tal‑elezzjonijiet tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħejjiet dokument ta’ riflessjoni bbażat fuq it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja. Dan għandu jservi ta’ għodda sabiex l‑Insara jkomplu jaqdu d‑dmirijiet u r‑responsabbiltajiet tagħhom fis‑soċjetà, li ma jibdewx u jispiċċaw fil‑mument tal‑votazzjoni imma jkomplu fil‑ħajja ta’ kuljum. Id‑dokument jinsab fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt.
Id‑dokument, li jittratta fost l‑oħrajn temi soċjali u ambjentali li jolqtu s‑soċjetà Maltija u dik Ewropea, hu mmirat sabiex jintuża mis‑saċerdoti fil‑preparazzjoni għall‑omeliji tal‑Ħdud matul ir‑Randan, kif ukoll minn dawk li f’dan iż‑żmien jixtiequ jagħrblu l‑kuxjenza tagħhom u jirriflettu fuq l‑irwol tagħhom bħala Nsara fis‑soċjetà… Kompli aqra »