Politika Ġusta għas-Servizz tal-Paċi

‘Yahad’ ippreżentat lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati

Daniel Darmanin (President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi), akkumpanjat minn Mark Cachia (Uffiżjal Eżekuttiv) ippreżentaw il-ktejjeb ‘Yahad’ lill-Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Waqt din iż-żjara ta’ kortesija li saret nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar fl-uffiċju ta’ l-iSpeaker ġewwa l-Parlament fil-Belt Valletta, ġew ippreżentati l-punti ewlenin ta’ dan il-proġett u ġew diskussi l-isfidi prinċipali li għandu quddiemu l-pajjiż fil-qasam soċjali u politiku.

Aqra aktar: www.yahad.mt Kompli aqra »

Lejn soċjetà aktar magħquda

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet dokument għad‑diskussjoni bil‑għan li tħeġġeġ liċ‑ċittadini Maltin jirriflettu fuq kif bħala pajjiż nistgħu naħdmu sabiex tkompli tinbena l‑paċi, filwaqt li nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

Dan id‑dokument bl‑isem ta’ ‘Yahad’, terminu bl‑Ebrajk li jirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, hu maqsum fi tliet taqsimiet: l‑ewwel dwar il‑ġrajjiet li kixfu l‑ġrieħi tas‑soċjetà Maltija, it‑tieni dwar il‑virtujiet li jistgħu jservu ta’ gwida matul il‑proċess ta’ fejqan, rikonċiljazzjoni u tiġdid tas‑soċjetà, u t‑tielet dwar l‑impenn fil‑prattika ta’ kull ċittadin favur soċjetà li, bħalma jisħaq il‑Papa Franġisku, twarrab “il‑kultura tal‑ħela” u tagħmel post għall‑“kulturatal‑laqgħa”. 

Waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, Daniel Darmanin, il‑President tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, qal li minkejja ċ‑ċokon tal‑pajjiż, matul is‑sena, iċ‑ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ paċi u trankwillità ma jonqsux… Kompli aqra »

Ġid komuni u parteċipazzjoni

  • In-nies għandhom id-dritt u d-dmir li jipparteċipaw fis-soċjeta’, u jfittxu flimkien il-ġid ta’ kulħadd, b’mod speċjali tal-fqar u l-vulnerabbli.
  • Il-ġid komuni jikkonsisti fil–ġabra ta’ dawk il-kundizzjonijiet tal-ħajja soċjali li jippermettu kemm lill-għaqdiet kemm lill-membri wieħed wieħed li jiksbu l-perfezzjoni tagħhom aktar sħiħa u aktar malajr.
  • L-aċċess għall-edukazzjoni, saħħa, ikel, akkomodazzjoni u impjieg huma essenzjali biex jintlaħaq il-ġid komuni…
  • Kompli aqra »

Desmond Tutu: Profeta ta’ Rikonċiljazzjoni

A few days ago, Desmond Tutu, the former Anglican archbishop of Cape Town, South Africa, who rallied the world behind the anti-apartheid struggle in a way that made him a prophet of reconciliation of our times, died at the age of 90.

Tributes flowed in from all over the world to recognize the many qualities of a man who never stopped practicing the forgiveness he preached… Kompli aqra »

L-involviment taż-żgħażagħ akbar fil-komunità milli fil-politika

Stħarriġ li sar juri li ż‑żgħażagħ għandhom iktar probabiltà li jinvolvu ruħhom fuq livell ta’ komunità milli fil‑politika. L‑interess tagħhom fil‑politika jonqos aktar ma jikbru fl‑età. Irriżulta wkoll li t‑tfajliet iħarsu lejn l‑impenn fil‑komunità b’mod pożittiv u jipparteċipaw f’inizjattivi u attivitajiet komunitarji aktar mill‑ġuvintur.Ir‑riċerka saret minn DISCERN, l‑istitut għar‑riċerka dwar is‑sinjali taż‑żminijiet, fost 498 żagħżugħ u żagħżugħa bejn is‑16 u l‑25 sena. Din hija parti minn proġett tal‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi sabiex jifhmu aħjar l‑attitudnijiet taż‑żgħażagħ fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Il-Ġustizzja u l-Fidi

André P. DeBattista

Wieħed minn l-iktar diskorsi impressjonanti tal-Papa Ġwanni Pawlu II, kien f’Agrigento fi Sqallija meta fid-9 ta’ Mejju tal-1993 ikkundanna b’mod kategoriku l-mafja u kull assoċjazzjoni relatata mal-mafja. Huwa ddeskriva l-poplu Sqalli bħala poplu li jħobb u li jgħożż il-ħajja u li, allura, ma jistax jgħix fid-dell ta’ organizzazzjoni li tippromwovi l-kultura tal-mewt. Wara dar fuq dawk risponsabbli u sejjaħ għall-indiema: “xi darba għad jasal il-ġudizzju t’Alla.”  Fil-25 anniversarju ta’ dan id-diskors, il-Papa Franġisku sejjaħ dan il-ġest bħala wieħed profetiku… Kompli aqra »

Il-Futur tal-Ewropa

Sejħa għad-djalogu bħala ċ-ċavetta għal bidliet ġusti

“Il-ħajja, bil-konfronti kollha tagħha, hija l-arti tal-laqgħa”

Fratelli Tutti, 215

1)   Kuntest: Matul is-snin li ġejjin, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huma msejħa biex jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Din l-inizjattiva, proġett konġunt tal-Kummissjoni Ewropea, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE), se tiftaħ dibattitu wiesa’ dwar id-deċennju li ġej għall-UE u lil hinn. L-2021 se tkun ukoll l-ewwel sena sħiħa wara Brexit u b’hekk, se tinħass il-ħtieġa li jerġgħu jinbnew konnessjonijiet pożittivi bejn ir-Renju Unit u l-ġirien tagħha… Kompli aqra »

Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew

Meta aħna nitkellmu fuq viżjoni nisranija jew biex inkunu aktar preċiżi kattolika, għal politika Ewropea, ħafna mill-ewwel jaħsbu fuq l-oġġezzjoni tal-Knisja għal-abort.  Bla ebda dubju l-qtil tal-Innoċenti hija kwistjoni importanti ħafna, pero viżjoni politika mibnija fuq kwistjoni waħda biss hija viżjoni mijopika.

In-nisrani huwa msejjaħ biex ikollu sehem attiv fil-ħajja politika fl-oqsma kollha, minkejja li jimxi l-ħajja tiegħu fuq din l-art b’ħarstu lejn is-sema.  Il-Konċilju Vatikan II, permezz tad-dokument Gaudium et Spes, ifakkarna fi kliem Santu Wistin li jiddeskrivi n-nisrani bħalha ċittadin taż-żewġt ibliet, iġġifieri dik tas-sema u dik tal-art.  Dan id-dokument iħeġġeġ lill-insara “biex ifittxu jaqdu sewwa d-dmirijiet tagħhom ta’ l-art, immexxijin mill-ispirtu ta’ l-Evanġelju”, u jemfasiżża illi dawk n-nisrani li ma jimpennjax ruħu fis-soċjeta jkun qed jonqos mid-dmirjiet tiegħu lejn il-proxxmu, anzi wkoll lejn Alla nnifsu….”[1]  Hija l-fidi stess li tobbliga lil kull nisrani jipparteċipa fil-ħajja politika, kull wieħed skond is-sejħa tiegħu… Kompli aqra »

Kummissjoni Ġustizzja u Paċi: Ewropa magħquda favur il-ġid komuni

Fid‑dawl tal‑elezzjonijiet tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħejjiet dokument ta’ riflessjoni bbażat fuq it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja. Dan għandu jservi ta’ għodda sabiex l‑Insara jkomplu jaqdu d‑dmirijiet u r‑responsabbiltajiet tagħhom fis‑soċjetà, li ma jibdewx u jispiċċaw fil‑mument tal‑votazzjoni imma jkomplu fil‑ħajja ta’ kuljum. Id‑dokument jinsab fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt.

Id‑dokument, li jittratta fost l‑oħrajn temi soċjali u ambjentali li jolqtu s‑soċjetà Maltija u dik Ewropea, hu mmirat sabiex jintuża mis‑saċerdoti fil‑preparazzjoni għall‑omeliji tal‑Ħdud matul ir‑Randan, kif ukoll minn dawk li f’dan iż‑żmien jixtiequ jagħrblu l‑kuxjenza tagħhom u jirriflettu fuq l‑irwol tagħhom bħala Nsara fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”… Kompli aqra »