Is-“suċċess” ekonomiku ta’ pajjiżna qatt m’għandu jinkiseb a skapitu tal-ħaddiema
F’Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tixtieq tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-inġustizzja mġarrba minn persuni mhux mill-UE li jaħdmu f’Malta, li minkejja li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ma jirċivux pensjoni. Is-sistema tal-pensjoni tagħna hija msejsa fuq ħaddiema mhux mill-UE li jibqgħu hawn għal ftit snin, iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jitilqu qabel ma jirċievu l-pensjoni. Il-Kummissjoni temmen li dan il-mudell ta’ soċjetà huwa soċjalment inġust u moralment inaċċettabbli… Kompli aqra »