Fl-1891, il-Papa Ljun XIII ħareġ Rerum Novarum (fuq il-Kapital u x-Xogħol). Hu tefa’ dawl fuq l-inġustizzji u l-isfruttament tal-ħaddiema mis-sinjuri waqt ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jingħaqdu u jiġġieldu kontra kundizzjonijiet diżumani. Minn dak iż-żmien, it-tagħlim tal-Knisja iddefenda d-dinjità tax-xogħol u l-parteċipazzjoni.