Napprezzaw l-anzjani tagħna
Minkejja s-sentiment komuni li jqis ix-xjuħija bħala barka, l-imwiet riċenti relatati mal-pandemija tal-Covid-19 qajmet fervur sħiħ dwar l-anzjani tagħna u l-irwol tagħhom fis-soċjetà tal-lum. Sfortunatament, aħna u nisimgħu dwar din il-pandemija qerrieda, li kulma jmur qed taħsad aktar ħajjiet ta’ anzjani, qed naraw bosta kummenti fuq il-midja soċjali li juru nuqqas kbir ta’ empatija u li bħal donnu jitfgħu l-ħtija fuq iċ-ċiklu naturali tal-ħajja. Jista’ jkun li l-għeruq ta’ din il-problema jinsabu fis-soċjetà kapitalista tal-lum, orjentata lejn il-profitt, li tħares lejn l-anzjani bħala xkiel fil-mixja lejn it-tkabbir tal-ekonomija? … Kompli aqra »