Taħdita fuq l-intelliġenza artifiċjali u l-impatt tagħha fuq is-soċjetà
Il-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice Malta qed tistieden lill-pubbliku għal seminar li se torganizza bit- titlu ta’ “AI: A Blessing or a Curse?”. Dan se jsir fid-9 ta’ Mejju 2024 fis-6:30pm f’Dar il-Ħanin Samaritan f’Santa Venera. Dan l-avveniment se jġib flimkien professjonisti u prattikanti ewlenin fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) biex jiddiskutu l-impatt profond tal-AI fuq is-soċjetà.
F’era fejn it-teknoloġija bl-intelliġenza artifiċjali tinxtered f’kull aspett ta’ ħajjitna, mill-kura tas-saħħa u l-finanzi sat-trasport u d-divertiment, is-seminar se jiffoka fuq kif l-intelliġenza artifiċjali qed tiddomina fuq l-umanità u jixtarr jekk din hix saħta jew ta’ bilħaqq barka… Kompli aqra »