Press Releases

Lejn soċjetà aktar magħquda

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet dokument għad‑diskussjoni bil‑għan li tħeġġeġ liċ‑ċittadini Maltin jirriflettu fuq kif bħala pajjiż nistgħu naħdmu sabiex tkompli tinbena l‑paċi, filwaqt li nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

Dan id‑dokument bl‑isem ta’ ‘Yahad’, terminu bl‑Ebrajk li jirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, hu maqsum fi tliet taqsimiet: l‑ewwel dwar il‑ġrajjiet li kixfu l‑ġrieħi tas‑soċjetà Maltija, it‑tieni dwar il‑virtujiet li jistgħu jservu ta’ gwida matul il‑proċess ta’ fejqan, rikonċiljazzjoni u tiġdid tas‑soċjetà, u t‑tielet dwar l‑impenn fil‑prattika ta’ kull ċittadin favur soċjetà li, bħalma jisħaq il‑Papa Franġisku, twarrab “il‑kultura tal‑ħela” u tagħmel post għall‑“kulturatal‑laqgħa”. 

Waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, Daniel Darmanin, il‑President tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, qal li minkejja ċ‑ċokon tal‑pajjiż, matul is‑sena, iċ‑ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ paċi u trankwillità ma jonqsux… Kompli aqra »

Il-Knisja toffri għajnuna lill-migranti maqbuda fuq il-baħar

Ritratt ta’ Fiona Alihosi (Sea-Eye)

Il‑Knisja f’Malta permezz tal‑Kummissjoni Migranti, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l‑JRS tappella lill‑awtoritajiet biex jieħdu azzjoni immedjata u jassiguraw li l‑persuni li qed ifittxu l‑ażil, li bħalissa jinsabu maqbuda bejn sema u ilma, jingħataw kenn u jiġu salvati.

Il‑ġimgħa li għaddiet ’il fuq minn 220 tfal, nisa u rġiel ġew salvati minn Sea Eye miż‑żona ta’ tfixxija u salvataġġ Maltija għadhom maqbuda bejn sema u ilma, f’kundizzjonijiet ta’ temp li qed jiggravaw, wara li Malta rrifjutat li tagħti aċċess fil‑portijiet tagħha… Kompli aqra »

22 entità b’position paper lill-membri parlamentari dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis

Tnejn u għoxrin entità ppreżentaw lill‑membri parlamentari position paper dwar l‑abbozz ta’ liġi dwar l‑użu rikreattiv tal‑kannabis. L‑entitajiet, li qed jesprimu l‑oppożizzjoni tagħhom għal din il‑liġi, huma mħassba serjament dwar l‑effetti li ser ikollha fuq is‑soċjetà u qed jappellaw għal dibattitu serju, matur u riċerkat dwar is‑suġġett. Il‑liġi proposta se tkun ppreżentata llum fil‑Parlament għad‑dibattitu.

L‑entitajiet kollha, li ħafna minnhom jaħdmu ma’ tfal u żgħażagħ, jemmnu bis‑sħiħ li kif inhu ppreżentat bħalissa, l‑abbozz se jkollu effett negattiv li jinnormalizza l‑użu tad‑droga filwaqt li jonqos milli jipproteġi kemm lis‑soċjetà kif ukoll lil min juża d‑droga… Kompli aqra »

L-involviment taż-żgħażagħ akbar fil-komunità milli fil-politika

Stħarriġ li sar juri li ż‑żgħażagħ għandhom iktar probabiltà li jinvolvu ruħhom fuq livell ta’ komunità milli fil‑politika. L‑interess tagħhom fil‑politika jonqos aktar ma jikbru fl‑età. Irriżulta wkoll li t‑tfajliet iħarsu lejn l‑impenn fil‑komunità b’mod pożittiv u jipparteċipaw f’inizjattivi u attivitajiet komunitarji aktar mill‑ġuvintur.Ir‑riċerka saret minn DISCERN, l‑istitut għar‑riċerka dwar is‑sinjali taż‑żminijiet, fost 498 żagħżugħ u żagħżugħa bejn is‑16 u l‑25 sena. Din hija parti minn proġett tal‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi sabiex jifhmu aħjar l‑attitudnijiet taż‑żgħażagħ fis‑soċjetà… Kompli aqra »

Baġit 2022: Lil Hinn Min-Numri

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ l-Baġit 2022, u tagħraf iż-żminijiet ta’ sfida li pajjiżna u d-dinja għaddew u se jkomplu jgħaddu minnhom fil-futur qarib. Il-Kummissjoni qed toffri l-fehma tagħha fid-dawl tal-inizjattiva “Beyond GDP” li tnediet is-sena li għaddiet bil-għan li tippromwovi l-ħtieġa li pajjiżna jfassal mill-ġdid il-mudell ekonomiku tiegħu lejn viżjoni aktar olistika u sostenibbli.

Bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol

Diversi inizjattivi mressqa fil-baġit jippremjaw lil dawk li jixtiequ jaħdmu aktar… Kompli aqra »

16-il entità jappellaw lill-politiċi biex iqisu tassew il-ġid komuni

16-il entità impenjati fil-ħidma soċjali qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-proposti għall-abozz ta’ liġi dwar l-użu hekk imsejjaħ responsabbli tal-kannabis. L-entitajiet jinsabu fi qbil mal-pożizzjoni ta’ Caritas Malta u Fondazzjoni OASI li nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2021, reġgħu tennew li l-liġi proposta se tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid għas-soċjetà Maltija.

Dawn l-entitajiet, li wħud minnhom jaħdmu direttament mat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli, jinsabu mħassba speċjalment dwar il-messaġġ li jkun qed jgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu u l-kultura tal-kannabis… Kompli aqra »

Inċertezza kontinwa fil-ħabs

We the undersigned entities unequivocally condemn the ongoing uncertainty at the prison, aka Correctional Services Agency.

As more inmates and their families come forward to speak out, we commend them for their courage and openness.

As entities committed to social wellbeing, we recognise our responsibility to be advocates for justice and human dignity.

The number of deaths registered at this facility in these last years has tragically climbed to 13 individuals, including the recent deaths by suicide of a 30-year-old man and a 29-year-old woman… Kompli aqra »

‘Dying To Live – Stories From Refugees On The Road To Freedom’

“Ħadd ma jrid jitlaq mid-dar, imma l-ħajja ġġiegħlek.” Dawn kienu kliem wieħed mir-refuġjati li l-esperjenza tiegħu tinsab fil-ktieb ‘Dying to Live’ ta’ Danielle Vella, ġurnalista u direttur tal-International Reconciliation Program for the Jesuit Refugee Service (JRS). Il-ktieb tnieda waqt avveniment ospitat mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kurja l-Furjana, li matulu ġew intervistati l-awtur stess kif ukoll Daniel Jude Okoeguale, persuna li qed ifittex l-ażil u li huwa residenti f’Malta… Kompli aqra »

Talba lill-awtoritajiet sabiex iwaqqgħu l-akkużi ta’ terroriżmu kontra ż-żgħażagħ tal-El Hiblu

Il-Kummissjoni tal-Immigranti, JRS Malta u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, iħeġġu lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu l-akkużi legali miġjuba kontra tliet żgħażagħ, akkużi li huma relatati mat-terroriżmu.

It-tliet żgħażagħ, li meta ġew salvati mill-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1 fis-26 ta’ Marzu 2019 kellhom 15, 16 u 19-il sena, kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ aktar minn 100 raġel, mara u tfal li talbu għall-għajnuna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ, li kienet ikkoordinata minn operazzjoni navali tal-UE, ordnat lill-vapur biex jieħu l-persuni li ġew salvati lura lejn il-Libja… Kompli aqra »

Il-paċi hija possibbli. Il-paċi hija l-uniku mod.

L-elezzjonijiet paċifiċi li saru f’Mjanmar, f’Novembru tal-2020, ġew rikonoxxuti minn bosta bħala ħielsa u ġusti u taw lill-gvern il-ġdid mandat u obbligu biex isegwi l-għanijiet ekonomiċi u soċjali inklużivi li għalihom ġie elett.

Madankollu, bħal-lum xahar ilu, fl-1 ta’ Frar, l-armata tal-Mjanmar ħadet il-kontroll f’idejha, u dan wara li ħatfet il-mexxejja li ġew eletti b’mod demokratiku u ma ħallithomx jipparteċipaw fil-partit governattiv tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD)… Kompli aqra »