F’dan il-weekend niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù, u din is-sena nagħmlu dan b’ferħ akbar għax wara żmien twil nistgħu nerġgħu niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien. Iżda l-Ewkaristija mhijiex biss li tmur il-quddies u titqarben, it-tqarbina trid tissarraf f’impenn lejn l-oħrajn. Biex fi kliem Kristu, nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, u aktar. Kif iħobb iffakkarna tajjeb il-Papa Franġisku dan huwa l-bażi li fuqha se jseħħ il-ġuddizzju (ara Mt 25:31-46). F’din is-serje ta’ żewġ artikli, nisimgħu kif għal żewġ żgħażagħ Maltin din is-sejħa wasslithom biex imorru jipprotestaw quddiem il-Parlament. Forsi ma taqbilx għal kollox mal-azzjoni ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ, imma int kif qed tgħix l-Ewkaristija f’ħajtek illum?