Fil-parabbola tal-iben il-ħali (Lq 15: 11-32), meta l-iben iż-żgħir jerġa’ lura d-dar, il-Missier jagħtih rigali bħala merħba : Ċurkett, Sandli, u l-isbaħ Libsa. F’din il-gwida, it-tifsira ta’ dawn it-tliet oġġetti fil-ħajja Nisranija tagħna nistgħu nesperjenzawha permezz ta’ sensiela ta’:
- logħob
- riflessjonijiet Bibliċi
- attivitajiet
- siltiet minn films
- mumenti ta’ talb
- Idejat biex tittieħed azzjoni
Wara li jintebħu bir-rigali li rċevew, il-parteċipanti żgħażagħ jiġu wkoll mistiedna jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tal-oħrajn billi jikkommettu ruħhom li jgħixu t-twemmin tagħhom fis-soċjetà.
Għalkemm l-attivitajiet proposti huma intenzjonati għal nofstanhar irtir jew bħala sensiela ta’ tliet laqgħat fir-Randan, il-mexxejja jistgħu jaddattaw dan il-materjal skont il-ħtieġa tal-grupp tagħhom.