Fil-parabbola tal-iben il-ħali (Lq 15: 11-32), meta l-iben iż-żgħir jerġa’ lura d-dar, il-Missier jagħtih rigali bħala merħba : Ċurkett, Sandli, u l-isbaħ Libsa. F’din il-gwida, it-tifsira ta’ dawn it-tliet oġġetti fil-ħajja Nisranija tagħna nistgħu nesperjenzawha permezz ta’ sensiela ta’:

  • logħob
  • riflessjonijiet Bibliċi
  • attivitajiet
  • siltiet minn films
  • mumenti ta’ talb
  • Idejat biex tittieħed azzjoni

Wara li jintebħu bir-rigali li rċevew, il-parteċipanti żgħażagħ jiġu wkoll mistiedna jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tal-oħrajn billi jikkommettu ruħhom li jgħixu t-twemmin tagħhom fis-soċjetà.

Għalkemm l-attivitajiet proposti huma intenzjonati għal nofstanhar irtir jew bħala sensiela ta’ tliet laqgħat fir-Randan, il-mexxejja jistgħu jaddattaw dan il-materjal skont il-ħtieġa tal-grupp tagħhom.