Rapport ikkonkluda li ż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, inkluż iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-kera u l-pagi baxxi huma fost il-fatturi li jżidu l-faqar fost dawk li jfittxu ażil f’Malta.
Ir-rapport bl-isem ta’ ‘In Pursuit Of Livelihood: An In-depth Investigation Of Asylum Seekers’ Battle Against Poverty And Social Exclusion In Malta,’ ġie mniedi l-Erbgħa 13 ta’ Lulju u ħadmu fuqu Julian Caruana u Alexia Rossi. Ir-rapport ġie ppubblikat mill-Jesuit Refugee Service (JRS) Malta u l-fondazzjoni aditus, bl-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund Foundation. Dan ir-rapport jinvestiga l-fenomenu tal-faqar fost dawk li jfittxu l-ażil u l-kawżi tiegħu.
Waqt il-preżentazzjoni ta’ dan il-proġett li saret fil-Campus ta’ l-Università tal-Belt Valletta, tkellmu wkoll rappreżentanti mill-Caritas u mill-YMCA. Mark Cachia, f’isem il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, qasam ukoll il-ħsibijiet tiegħu fuq ir-riżultati ta’ din ir-riċerka waqt diskussjoni f’panel immexxija minn Dr Daniela Debono, bil-parteċipazzjoni ta’ Dr Carla Camilleri mill-aditus foundation.
Agħfas hawn biex taqra aktar.