Kull sena, fl-ewwel ta’ Jannar, il-Papa jgħinna niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Paċi b’messaġġ speċjali li fih jistedinna nirriflettu fuq il-missjoni importanti tagħna li nibnu l-paċi. It-tema magħżula għall-2024 hija: ‘Intelliġenza Artifiċjali u Paċi’.

F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tħeġġeġ il-Familji, Komunitajiet, Knejjes u Parroċċi kollha biex fl-ewwel ta’ Jannar jew fil-ġranet qrib ta’ din il-festa, jinġabru f’mument ta’ talb, riflessjoni jew adorazzjoni fis-skiet biex jitolbu għad-don tal-paċi, b’mod speċjali għal dawk il-persuni li l-aktar qed ibatu minħabba l-kunflitti li għaddejin bħalissa.

Għal dan il-għan, l-istess Kummissjoni ħejjiet ukoll serje ta’ riżorsi li jistgħu jgħinu fit-tħejjija ta’ dan il-mument:

Nitgħallmu:

Nirriflettu:

Nitolbu: