Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem (10 ta’ Diċembru 2019), il-kumitat eżekkutiv ta’ Justice & Peace Europe ħareġ stqarrija bit-tema: “Il-popliindiġeni huma appell ħaj għat-tama”, b’emfasi fuq id-drittijiet tal-popli indiġeni u min jiddefendihom. Din l-għażla kienet ispirata mis-Sinodu tal-Amazon li għadu kif intemm f’Ruma.
Filwaqt li l-kwistjonijiet li jaffaċjaw dawn il-popli jistgħu jidhru ‘l bogħod mill-ħajja tagħna, tajjeb nagħrfu illi ħafna drabi l-għażliet tagħna jkollhom impatt dirett fuq dawn in-nies li qed ibatu minħabba l-inġustizzji fid-dinja, u li hemm modi differenti kif nistgħu ngħinuhom.