F’dan il-jum iddedikat għall-familja, jixraq illi niefqu u nirriflettu ftit fuq l-importanza tal-familja, u l-funzjoni tagħha fi ħdan is-soċjetà.  Hu permezz tal-familja li persuna titgħallem x’inhuma r-rispett, il-ġustizzja, id-djalogu u l-imħabba u kif dawn huma neċessarji sabiex inkunu nistgħu ngħixu f’armonija lkoll flimkien.  Jekk nagħrfu nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna, billi nkunu solidali “fl-affarjiet iż-żgħar”, jissaħħaħ iċ-ċans li dan jissarraf ukoll “f’affarjiet kbar”.  B’hekk il-kontribuzzjoni tal-familja hi waħda ta’ bżonn essenzjali biex ikollna “soċjetà aktar umana” (C. Kissling).

Il-familja hi l-post fejn kull persuna tiskopri l-kapaċitajiet tagħha; issib is-sostenn meħtieġ biex taffaċja l-biżgħat, d-dubji u d-djufijiet; tirrikonoxxi u tapprezza l-importanza tar-responsabilità soċjali filwaqt li tagħraf il-bżonn li naċċettaw lilna nfusna kif ukoll li ningħataw għal ħaddieħor b’ġenerożità.  Dawn l-elementi huma importanti, hekk kif il-kwotidjanetà’ tagħhom jgħinu biex jonġruna fil-mod kif aħna bħala adulti, u allura l-bażi  tal-formazzjoni tas-soċjeta’ futura (Familiaris consortio, par. 36).

“X’tagħmel il-Knisja mingħajrkom?” staqsa l-Papa Franġisku waqt Kungress Dinji tal-Familji ġewwa Dublin, l-Irlanda, fl-2018.  B’referenza għall-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Amoris Laetitia, il-Papa Franġisku tkellem dwar l-importanza tal-irwol tal-familja fi ħdan il-Knisja u li hi l-imħabba mġedda fi Kristu litwassal il-familja biex tiffjorixxi.  Hu permezz ta’ din l-imħabba li l-familji jistgħu jgħixu b’moħħ wieħed u qalb waħda.

Liema huma dawk l-elementi li qed ixekklu din l-imħabba?  Il-familji kollha qed jaffaċjaw sfidi.  L-istili ta’ ħajja tal-familji moderni qed isiru iktar ikkumplikati, iktar esiġenti u possibilment iktar influenzati minn pressjonijiet soċjali u ekonomiċi.  Insejna li l-kuntentizza tal-familja tista’ tilħaq il-milja tagħha fis-sempliċità.  Waqt laqgħa oħra li kellu l-Papa Franġisku mal-familji s-sena l-oħra, sostna l-importanza tas-sempliċità fil-ħajja tagħna.  Semma numru ta’ affarjiet u ġesti li huma essenzjali sabiex tiġi assigurata ħajja tal-familja iktar rikka u magħquda, li forsi nsejna, hekk kif ġejna mogħmija sforz il-ġenn tal-ħajja ta’ madwarna:

  1. It-tlett kelmiet maġiċi: Jekk jogħġbok, Grazzi u Skużani. Tlett kelmiet li huma essenzjali!  L-użu ta’ lingwa li taf turi apprezzament, rispett u rikonċiljazzjoni, hi bżonnjuża għat-tisħiħ tal-ħajja familjari.  Jekk din tkun preżenti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, twassal għall-interazzjonijiet li huma kostruttivi u ta’ rispett, kemm ma sħabna fuq il-post tax-xogħol, fl-iskola, kif ukoll il-mod ta’ kif nesprimu ruħ     na fuq il-mezzi soċjali.
  1. Nagħmlu affarjiet zgħar. Kull familja tgħaddi min diffikultajiet u mumenti iebsa, iżda dan iwassal għat-tisħiħ tal-imħabba ta’ bejnietna.  Il-Papa Franġisku jirrakkomanda li ma’ nħallux ix-xemx tinżel mingħajr ma’ nagħmlu paċi (Ef 4:26), filwaqt li ġesti sempliċi bħal tmellisa jew li tgħid “jiddispjaċini” bil-qalb, jistgħu ikunu l-aqwa mezzi.
  1. Nibqagħu Noħolmu! Il-mument li l-familja titlef l-abilità li toħlom, it-tfal jiefqu jikbru, l-imħabba titrażżan, u dan iwassal biex il-ħajja tixrief u tmut.  Ħolm sempliċi li jaf japrezza t-tajjeb tal-ħajja u ta’ dak kollu li aħna mdawrin bih, jaf ikun iċ-ċavetta li biha nistgħu      naffrontaw mumenti diffiċli.
  1.  Ħin biex nilgħabu flimkien. Huwa essenzjali li nsibu bilanċ bejn ħin għax-xogħol u ħin għall-familja.  Meta nħarsu lejn is-sitwazzjoni li għaddejjijn minnha minħabba l-COVID-19, naraw kif ħafna minna kellhom ibiddlu l-istil ta’ ħajjithom, billi jew qed jaħdmu mid-dar, jew billi naqqsu l-ħinijiet tax-xogħol, filwaqt li t-tfal qed ikunu 24 siegħa d-dar.  Ejja ma ninjorawx din l-opportunità u nagħmlu din “in-normalità ” u mhux “ir-rarità”.  Nippruvaw ma naqgħux fin-nasba t’idejoloġijji totalitarji fejn il-ġenituri, sforz pressjonijiet soċjali u ekonomiċi, jiġu ostakolati milli jwettqu r-rwol prinċipali tagħhom bis-sħi     ħ, dak li jrabbu huma lil uliedhom.  Min iħaddem, flimkien ma’ dawk li jfasslu l-liġijiet għandhom l-obbligu li jassiguraw li jipprovdu miżuri li jħaddnu l-bżonnijiet tal-familja billi jirrikonoxxu l-effett li l-familja għanda għat-tisħiħ tas-soċjeta’.
  1. Nitolbu flimkien. Dik il-familja li titlob flimkien, tibqa flimkien!  Permezz tat-talb nkunu nistgħu      nagħrfu aħjar lil Alla, nissaħħu fil-fidi u b’hekk inkunu nistgħu naraw aħjar lilna nfusna bħala membri sħaħ tal-familja numeruża t’Alla.  Fil-familja naraw li “it-talb li ma jwassalx għall-azzjonijiet konkreti favur ħutna, huwa talb nofs kedda u bla funzjoni”.  B’hekk il-familja tgħina  nikbru f’ kontemplattivi fl-azzjoni     . 
  1. Naċċettaw l-imperfezjonijiet. M’għandniex nibżgħu mill-imperfezzjonijiet, min-nuqqasijiet jew mill-konflitt, imma għandna nużaw dawn l-okkażżjonijiet sabiex nikbru b’mod kostruttiv.  Il-familja hi l-uniku lok fejn aħna nistgħu inkomplu nħobbu lil xulxin billi naħfru, nisimgħu lil xulxin, nitkellmu b’rispett filwaqt li nkunu ħielsa      nesprimu lilna nfusna.  Dan jissarraf f’soċjeta’ li hi kapaċi tiddjaloga u tirrikonċilja.
  1. Nieħdu paċenzja. Hemm bżonn li nieħdu paċenzja u l-paċenzja tista’ twassal għall-qdusijja.  Aħna nistgħu ngħixu l-qdusija billi b’passjoni nagħllmu lit-tfal tagħna kif jiskopru u jimxu wara Ġesù     .
  1. Nieħdu ħsieb tal-anzjani tagħna. In-nannu hu missier għal darbtejn u n-nanna hi omm għal darbtejn!”  In-nanniet għandhom ir-responsabilità li jgħaddu l-esperjenzi tal-ħajja tagħhom, l-istorja tal-familja, l-storja tal-komunità’, tan-nies; jaqsmu l-għerf bis-sempliċità’ u l-fidi – wirt storiku imprezzabbli.  Rwol importanti ieħor tal-famija hu dak li tiprovdi kura lill-membri kollha fi ħdan il-familja, b’mod speċjali lejn dawk li għandhom bżonnijiet fiżiċi jew finanzjarji.  Dan is-sens qawwi ta’ solidarjetà mal-anzjani tagħna huwa element essenzjali għal soċjetà li hi iktar inklussiva, sensibbli u unita.
  1. Nkunu ta’ eżempju. Fost il-karatteristiċi importanti tal-familja Nisranija huma dawk li juru fedeltà paċenzja u apprezzament tal-ħajja fil-milja kollha tagħha.  Għalhekk  għandna nieħdu ħsieb ta’ dawk il-familji li għaddejjijn minnżminijiet diffiċli, li kellhom jaħarbu min art twelidhom, dawk li huma mkissra moralment, bla saqaf fuq rashom jew bla xogħol.  Irridu nkunu qrib ta’ dawn f’isem l-Evanġelu li jħaddan is-sbuħija tal-familja.  Permezz ta’ edukazzjoni sħiħa u t-tagħlim soċjali, għandna ngħinu lil-ġenerazzjonijiet futuri sabiex dawn ikunu kapaċi jħarsu l-liġijiet, jgħixu fil-paċi kif ukoll jirnexxielhom permezz tad-djalogu juru solidarjetà bil-fatti billi jkunu kapaċi jipprattikaw il-virtujiet tal-ġustizzja u l-imħabba mingħir ebda preġudizzju     .
  1.  Indawwlu t-triq. Huwa żgur li l-familji ħa jibqgħu ikunu affaċċati b’sitwazzjonijiet diffiċli, b’hekk għandna naħdmu flimkien sabiex inkunu xempju ta’ mħabba, maħfra u kura.  Għandna nservu ta’ santwarji ta’ xiedha u rispett lejn il-ħajja, filwaqt li nxandru l-qdusija tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt.  Dan jistà jkun ir-rigal tagħna lejn is-soċjetà, billi nwettqu l-vokazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna, jiġifieri dik li nkunu xiehda ħajja tal-familja Nisranija     .