Fid-dawl tal-invażjoni brutali tal-Ukrajna mit-truppi Russi fl-24 ta’ Frar 2022, aħna,
nikkundannaw l-aggressjoni Russa u nqisuha bħala ksur serju tal-liġi internazzjonali u bħala theddida għall-paċi fl-Ewropa,
nesprimu l-appoġġ u s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna u man-nies li qed ibatu,
nitolbu lill-gvernijiet Ewropej kollha biex jappoġġjaw lill-pajjiżi ġirien tal-Ukrajna fl-isforzi tagħhom biex jilqgħu u jakkomodaw lir-refuġjati,
nitolbu lill-Unjoni Ewropea, lill-istati membri tagħha u lill-gvernijiet Ewropej kollha biex jibqgħu magħqudin u jimponu serje ta’ sanzjonijiet aktar ħorox fuq l-awtoritajiet Russi,
nammiraw il-kuraġġ taċ-ċittadini Russi li minkejja kull xorta ta’ ripressjoni, niżlu fit-toroq bi ħġarhom biex jipprotestaw kontra l-gvern tagħhom f’isem il-paċi,
nitolbu lill-Qdusija Tiegħu il-Patrijarka Kirill u lill-awtoritajiet Ortodossi kollha fir-Russja biex jintervjenu fit-tmexxija politika sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied immedjat u biex it-truppi Russi kollha jirtiraw mit-territorju tal-Ukrajna,
nappoġġjaw is-sejħa tal-Papa Franġisku għal jum ta’ sawm u talb għall-paċi fl-Ukrajna f’Ras ir-Randan (2 ta’ Marzu),
nittamaw u naħdmu għal kultura ġdida ta’ paċi fl-Ewropa, filwaqt li niftakru fil-vittmi ċivili u militari kollha u l-familji tagħhom fit-talb tagħna.
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Frar 2022
Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Justice and Peace Europe