L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment Injazjan, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Fuq tmien ġimgħat, it-temi ta’ din l-Enċiklika ħa jiġu diskussi flimkien mal-komunità parrokjali ta’ Wied il-Għajn. L-ewwel laqgħa, li kienet iffukata fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, saret fil-21 ta’ April ġewwa Villa Apap Bologna u għaliha attendew madwar 25 persuna.

Kull laqgħa tinkludi preżentazzjoni tat-tema, riflessjoni u diskussjoni fi gruppi, talb u l-esplorazzjoni ta’ kif dawn it-temi jistgħu jissarrfu f’azzjoni.