Il-kolonnat biswit il-bitħa tal-Kurja, il-Furjana.

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħareġ digriet biex iġedded il-mandat tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. 

Il-Perit Daniel Darmanin reġa’ ġie maħtur bħala president tal-kummissjoni biex b’hekk se jkompli jaqdi dan l-irwol li kien qiegħed jokkupa tul dawn l-aħħar tliet snin. Il-membri – Walance Buttigieg Scicluna, Katrine Camilleri, u John Paul Cauchi reġgħu ġew appuntati bħala membri tal-kummissjoni, waqt li magħhom se jingħaqdu tliet membri ġodda. Dawn huma Fr. Carlo Calleja, Maria Cardona u Daniela Debono. 

Il-kummissjoni tixtieq tirringrazzja lil eks-membri – Maria Flores-Martin, Mark Cachia, u Simone Vella Lenicker għall-impenn u d-dedikazzjoni li wrew tul il-mandat preċedenti.

Nirringrazzjaw ukoll lil Alexia Mifsud Vassallo li serviet bhala Segretarju Aministrattif għall-Kummissjoni matul dawn l-aħħar tnax-il xahar.