Author: Mark Cachia

Il-Papa Franġisku f’Malta

Il-Papa Franġisku żar il-gżejjer Maltin bejn mit-2 sat-3 ta’ April għal żjara qasira u intensa.

L-immmigrazzjoni, il-ferħ tal-Evanġelju u l-ħtieġa li niskopru mill-ġdid l-umanità tagħna fil-mod kif nilqgħu lil xulxin kienu fiċ-ċentru tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa. It-tema taż-żjara kienet “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28,2). Fl-ewwel attività tiegħu, fil-Belt Valletta, il-Papa indirizza lill-President ta’ Malta u awtoritajiet ċivili oħra u enfasizza l-valuri tal-onestà, il-ġustizzja, is-sens ta’ dmir u t-trasparenza bħala “pilastri essenzjali ta’ soċjetà ċivili matura”… Kompli aqra »

Rebħa jew telfa

Issa li, bil-mod il-mod, il-pajjiż qed imur lura għar-rutina tas-soltu wara l-Elezzjoni Ġenerali li saret is-Sibt li għadda, Malta tidher li tinsab f’xenarju familjari: nofs il-poplu qed jiċċelebra, u n-nofs l-ieħor jinsab f’luttu. Xi nies qed iċemplu lill-qraba u lill-ġirien biex jinkuhom. Oħrajn iċemplu biex jagħmlu kuraġġ lil xulxin. Ħafna ħadu r-ruħ, filwaqt li oħrajn qed jokorbu bl-uġigħ, bir-rabja u l-qtigħ il-qalb. Fi kliem ieħor, għal darb’oħra, il-partiġjaniżmu estrem jidher li għadu preżenti wara l-elezzjoni daqskemm kien preżenti fil-ġimgħa ta’ qabel l-elezzjoni… Kompli aqra »

Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità

Il-ħames u l-aħħar laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ April bit-tema ‘Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità’ u se titmexxa minn Mark Cachia.

L-ospitalità Nisranija tibda b’attitudni ta’ gratitudni lejn dak Alla li jilqa’. Fl-Evanġelju, Kristu ma jidhirx biss bħala dak li jilqa’ bil-ħniena imma wkoll bħala barrani vulnerabbli u fil-bżonn. Ġesù hu dak li jilqa’ u li għandu bżonn jiġi milqugħ… Kompli aqra »

It-tielet edizzjoni tal-Jiem Kattoliċi Soċjali Ewropej

Following the days held in Gdansk (2009) and in Madrid (2014), the third edition of the European Catholic Social Days – entitled “Europe after the pandemic – towards a new beginning” – was held in Bratislava from the 17th till the 20th of March. This meeting gathered hundreds of delegates of the Bishops’ Conferences to discuss the most pressuring social challenges in Europe and reflect on the demographic, technological and ecological transition processes taking place in European societies… Kompli aqra »

Ħajja dinjituża permezz tax-xogħol

In recent years, Malta has been hailed as a success story when it comes to employment opportunities. And yet, work is much more than an activity which generates wealth and guarantees a source of income. It is an integral part of our wellbeing and has a decisive influence on the quality of life of individuals and families. As such, we are duty-bound to go beyond the headline numbers and analyse in more detail the following challenges which hinder workers and their families from leading a dignified life through work:

– An alarming increase in in-work poverty. The proportion of working people who earn less than 60% of the national median income has increased from 5.2% in 2012 to 7.4% in 2020… Kompli aqra »

Dritt u dmir: L-importanza li tivvota

Aħna u nippreparaw biex neleġġu gvern ġdid fis-26 ta’ Marzu, diffiċli nsibu messaġġ aktar kontrakulturali fuq il-politika minn dak li joffri l-Papa Franġisku huwa u jistieden lill-Kattoliċi tajbin biex jinvolvu ruħhom fil-politika: “Ma tistax toqgħod tħares mill-gallarija! Involvi ruħek!”. “Il-politika, skont id-Duttrina Soċjali tal-Knisja, hija waħda mill-ogħla forom ta’ karità, għax isservi l-ġid komuni. Ma nistax naħsel idejja, ħeqq? Ilkoll irridu nagħmlu xi ħaġa!”

Ejja nikkunsidraw dak li qed jgħid il-Papa… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Insawru kultura ġdida tal-paċi – Strateġija għall-Ewropa

Jekk inħarsu madwarna u nosservaw il-problemi li qiegħda taffaċċja d-dinja llum, nistgħu faċilment nħossu sens ta’ diżorjentament, imprevedibbiltà jew saħansitra biża’. Il-pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi fix-xena globali kawża tal-fiduċja fraġli li tiddomina fil-qafas legali internazzjonali u l-mekkaniżmi multilaterali, anke jekk jidher li bdiet tinbet żerriegħa ta’ tama minħabba t-tiġdid tas-sħubija transatlantika. Il-Konferenza tal-Kummissjoni Ewropea tal-Ġustizzja u l-Paċi, magħmula minn aktar minn tletin kummissjoni nazzjonali, hija konvinta li t-triq ‘il quddiem għall-Ewropa kollha għandha tinstab fil-ħolqien ta’ kultura ġdida ta’ paċi… Kompli aqra »

Riżorsi Randan – ‘Yahad’

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna… Kompli aqra »