In-nuqqas ta’ tama tittieħed. Daqstant ieħor it-tama
F’survey li sar maż-żgħażagħ biex jara f’liem parti tad-dinja jixtiequ jgħixu, 27% biss għażlu lil Malta.
Fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena se jkollhom għall-ewwel darba d-dritt li jivvutaw. U madanakollu, dawn l-istess żgħażagħ qed jgħidulna li jippreferu jitilqu mill-pajjiż milli jinvolvu ruħhom politikament hawnhekk. Il-maġġorparti taż-żgħażagħ donnhom qatgħu qalbhom minn Malta. Qed ifittxu minflok, li jgħixu f’post li jgħinhom biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, li jieħu ħsieb l-ambjent, li jinvesti fl-edukazzjoni u li jippromwovi stil ta’ ħajja tajba għas-saħħa… Kompli aqra »