Talba lill-awtoritajiet sabiex iwaqqgħu l-akkużi ta’ terroriżmu kontra ż-żgħażagħ tal-El Hiblu
Il-Kummissjoni tal-Immigranti, JRS Malta u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, iħeġġu lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu l-akkużi legali miġjuba kontra tliet żgħażagħ, akkużi li huma relatati mat-terroriżmu.
It-tliet żgħażagħ, li meta ġew salvati mill-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1 fis-26 ta’ Marzu 2019 kellhom 15, 16 u 19-il sena, kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ aktar minn 100 raġel, mara u tfal li talbu għall-għajnuna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ, li kienet ikkoordinata minn operazzjoni navali tal-UE, ordnat lill-vapur biex jieħu l-persuni li ġew salvati lura lejn il-Libja… Kompli aqra »