Aħbarijiet

Fidi li twassal għal azzjoni

F’dan il-weekend niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù, u din is-sena nagħmlu dan b’ferħ akbar għax wara żmien twil nistgħu nerġgħu niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien. Iżda l-Ewkaristija mhijiex biss li tmur il-quddies u titqarben, it-tqarbina trid tissarraf f’impenn lejn l-oħrajn. Biex fi kliem Kristu, nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, u aktar. Kif iħobb iffakkarna tajjeb il-Papa Franġisku dan huwa l-bażi li fuqha se jseħħ il-ġuddizzju (ara Mt 25:31-46)… Kompli aqra »

30 Sena mil-Laqgħa tal-Papa Ġwanni Pawlu II mal-Ħaddiema Maltin.

Tletin sena għaddew minn meta l-Gżejjer Maltin kienu mberkin bil-mawra pastorali tal-Qaddis Ġwanni Pawlu II, żjara li għadna niftakkru b’għożża kbira sal-ġurnata tal-lum.  Matul din iż-żjara il-Papa kellu diversi laqgħat fejn matulhom ta numru ta’ diskorsi.  Fosthom nsibu l-laqgħa li kellu mal-ħaddiema fil-Kottonera.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II tkellem fuq dak li hu rrefera għalih bħala “L-Evanġelu tax-xogħol”, fejn ix-xogħol onest, magħmul kif għandu jkun, għandu dinjità fih innifsu u jagħti dinjità lil dawk li jagħmluh.   … Kompli aqra »

Il-ġimgħa Laudato Si’

X’inhi il-ġimgħa Laudato si? u x’hemm speċjali dwar din il-ġimgħa?

Il-ġimgħa Laudato Si’ tiċċelebra l-ħames anniversarju tal-enċiklika tal-Papa Franġisku fuq il-ħarsien tad-dar komuni tagħna. It-tema għal din l-okkażjoni hi “kollox hu konness”, fejn bejn is-16 u l-24 ta’ Mejju 2020, numru ta’ attiviatjiet huma ppjanati mad-dinja kollha fuq stedina tal-Papa Franġisku lil-Kattoliċi sabiex jirriflettu u jieħdu azzjoni matul din il-ġimgħa speċjali.

Qed ngħixu mumenti ta’ tibdil storiku, u kullimkien in-nies qed tokrob għal-tama ġdida.  Il-fidi tagħna hija meħtieġa biex iddawwal it-triq, u Laudato Si’ tista’ sservi biex tifħilna għajnejna, u tgħallimna kif naffaċċjaw dawn iċ-ċirkostanzi biex inkunu nistgħu nibnu dinja aħjar flimkien.  Il-Papa Franġisku qed jistedinna biex maqgħudin fis-solidarjeta’, ndawwlin mit-tagħlim ċar u sabiħ ta’ din l-enċiklika nibnu futur aktar sostenibbli… Kompli aqra »

Jum il-Ħaddiem 2020

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena qed isseħħ f’kuntest uniku. Huwa kuntest fejn aktar min qatt qabel, il-kwistjoni tax-xogħol hi tassew relevanti.  F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-esperjenza tax-xogħol ta’ ħafna minna nqalbet ta’ taħt fuq. Uħud qed jaħdmu mid-dar, oħrajn ma jistgħux jagħmlu xogħolhom, filwaqt li hemm ukoll min spiċċa bla xogħol.  Imbagħad hemm dawk li s-soċjeta’ sserraħ fuq xogħolhom u li ma’ nistgħux ngħaddu mingħajr l-kontrubizzjoni tagħhom… Kompli aqra »

Hu rebaħ fuq il-mewt, Qam!

Bħala awguri tal-Għid nixtiequ niftakru fil-kliem tal-Papa Franġisku fl-eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium:

Il-qawmien ta’ Kristu mhux ħaġa tal-imgħoddi; fih hemm qawwa ta’ ħajja li daħlet u xterdet mad-dinja.  Fejn donnu kollox mejjet, jerġgħu jispuntaw minn kullimkien ir-rimjiet tal-qawmien.  Hi qawwa li m’hemmx bħalha.  Hu minnu li spiss jidher qisu Alla ma jeżistix: naraw madwarna inġustizzji, ħażen, indifferenzi u kefrija li ma jonqsux.  Imma dasqhekk ieħor hu ċert li qalb din id-dalma dejjem tibda tixtered xi ħaġa ġdida, li llum jew għada se tagħmel il-frott.  F’għalqa kollha xewk terġa’ titfaċċa l-ħajja, stinata u qatt mirbuħa.  Sa jkun hemm bosta ħwejjeġ koroh, imma t-tajjeb dejjem jerġa’ lura biex iwarrad u jixtered.  Kuljum fid-dinja tagħna qed jinbet mill-ġdid il-ġmiel, li jixref mill-ġdid minn qalb it-taqlib tal-istorja.  Il-valuri dejjem jidhru mill-ġdid f’għamliet ġodda, u fil-fatt il-bniedem bosta drabi jitwieled mill-ġdid minn qagħdiet li jidhru li ma jistgħux jitreġġgħu lura.  Din hi l-qawwa tal-qawmien u kull evanġelizzatur hu għodda ta’ din il-qawwa… Kompli aqra »

“Il-foqra ssibuhom dejjem magħkom”

Illum Papa Franġisku wasslilna omelija qawwija dwar ir-responisabbiltajiet tagħna lejn il-persuni foqra u vulnerabbli. Jitkellem dwar realtà li tinsab kullimkien fid-dinja, u l-punti li jisħaq fuqhom huma tassew materjal ta’ min jixtarru.

Imma llum nixtieq nieqaf fuq kelma ta’ Ġesù.  Sitt ijiem qabel l-Għid – ninsabu propju fuq l-għatba tal-Passjoni –  Marija tagħmel dan il-ġest ta’ kontemplazzjoni: Marta kienet qed isservi – bħalma naraw fil-pass l-ieħor – u Marija tiftaħ il-bieb tal-kontemplazzjoni.  … Kompli aqra »

IL PANDEMIJA TAL CORONAVIRUS: SEJĦA GĦAL SOLIDARJETÀ MA’ DAWK LI HUMA L AKTAR VULNERABBLI

STQARRIJA MINN BOSTA ENTITAJIET TAL‑KNISJA

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża. 

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali.

Għajnejn żoroq, kannella, ħodor jew suwed.  Xagħar bjond, kannella jew iswed. Ġilda ċara jew skura. Jista jkun iktar ikkulurit min hekk? Aħna ngħixu f’dinja miżgħuda b’ilwien differenti, fejn tiżboq bi sbuħija ta’ meta dawn il-kuluri jitħalltu u jingħaqdu, fejn joħolqu leħħiet t’ilwien uniċi.  Ma jeżistix roża mingħajr aħmar u abjad, bħal ma’ jistax ikun hemm aħdar mingħir isfar u blu.  B’hekk naraw kif il-kuluri jiddependu wieħed fuq l-ieħor, filwaqt li kull kulur għandu l-importanza tiegħu.  L-istess japplika għalina l-bnedmin, fejn qatt ma tista’ tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni abbażi ta’ razza… Kompli aqra »

“Kollox hu Relatat, Kollox hu Konness”

Joseph Hili hu qassis Għawdxi li bħalissa qed jistudja x-xjenzi Politiċi u Soċjali ġewwa l-Universita Cattolica del Sacro Cuore ġewwa Milan.  Hekk kif qed jgħix fiċ-ċentru tal-epidemija tal-corona virus, qed jaqsam magħna dawn il-hsibijiet, bħala riflessjoni tal-ġrajjiet kurrenti li qed taffaċċja d-dinja. 

Fl-artiklu tieghu hemm referenza għal dak li l-Papa Franġisku jsosstni fl-enċiklika Laudato Si, li “Kollox hu relatat, kollox hu konness”.  Rajna kif id-dinja kollha hi konnessa, hekk kif problema li oriġinat ġewwa villaġġ żgħir fiċ-Ċina, ġiet trasmessa b’mod allarmanti madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

Ieqaf, Ammira & Isma’

[1]Stop, look and listen.

See how wonderful it is.

But don’t think just yet.

For thoughts can be beautiful pathways,

But they can also make you forget.

Be still, look, and listen.

Even a mind must rest to create its best.

So, do not worry, dear heart, head, and hands,

You will have your season to work and to play… Kompli aqra »