Esperjenzi

Il-gwerra fl-Iżrael – storja ta’ inġustizzja u terrur

“Jien jisimni Dina u kburija li esperjenzajt dawn it-tbatijiet, kburija li jien Palestinjana”

Id-dinja kollha qiegħda fuq ix-xwiek minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra u l-ġlied li dejjem qiegħed jeskala bejn l-Iżrael u l-Hamas, il-grupp militanti li jmexxi l-istrixxa ta’ Gaża. Din il-gwerra, li ilha għaddejja għal tmint ijiem sħaħ, diġà qatlet 212 persuna, fosthom 58 tifel u tifla innoċenti.

It-tensjoni bejn l-Iżrael u Gaża ilha teskala għal xhur sħaħ… Kompli aqra »

Il-Ġustizzja u l-Fidi

André P. DeBattista

Wieħed minn l-iktar diskorsi impressjonanti tal-Papa Ġwanni Pawlu II, kien f’Agrigento fi Sqallija meta fid-9 ta’ Mejju tal-1993 ikkundanna b’mod kategoriku l-mafja u kull assoċjazzjoni relatata mal-mafja. Huwa ddeskriva l-poplu Sqalli bħala poplu li jħobb u li jgħożż il-ħajja u li, allura, ma jistax jgħix fid-dell ta’ organizzazzjoni li tippromwovi l-kultura tal-mewt. Wara dar fuq dawk risponsabbli u sejjaħ għall-indiema: “xi darba għad jasal il-ġudizzju t’Alla.”  Fil-25 anniversarju ta’ dan id-diskors, il-Papa Franġisku sejjaħ dan il-ġest bħala wieħed profetiku… Kompli aqra »

L-Ekonomija ta’ Franġisku

Economy of Francesco, a prolific time for generative processes

The ‘Economy of Francesco’, virtually held in Assisi from 19th to 21st November 2020 left an important legacy of hope with thousands of young economists, entrepreneurs and change-makers from 115 countries committed to stop “that economy that kills” and to generate a new cultural, economic, social and political system. Those three days were rich in points of reflections, coming from different seminars and workshops… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ Xandru

“Kollox hu dwar ir-rabta tal-Evanġelju mal-ħajja” ippriedka Rutilio Grande SJ f’waħda mill-aħħar omeliji tiegħu, ftit xhur qabel ma ġie maqtul. “Il-fidi saret reali fl-azzjoni biss – il-fidi qatt ma kienet idea biss … l-Evanġelju huwa marbut mill-qrib ma’ ħajtek.” Dawn il-kliem ta’ raġel fit-triq għal-kannoniżazzjoni huma għalija, sejħa għall-azzjoni li tapplika l-ħin kollu. Inħoss li aħna msejħin biex ikollna “fidi li [hija] politika b’mod intensiv … ikkonċernata u involuta ħafna fit-tiswir tal-pajsaġġ soċjali, politiku u ekonomiku” (Prof Thomas Kelly)… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ Lara

Sa mill-ewwel ġurnata tas-Sixth Form il-motto “Irġiel u nisa għal oħrajn” kien kontinwament imtenni u enfasizzat waqt diversi lezzjonijiet u diskorsi. Hija kwotazzjoni meħuda minn Pedro Arrupe SJ, li turi l-importanza tal-għarfien soċjali. L- “oħrajn” li jsemmi jinvolvi kull bniedem, speċjalment dawk li ġew meqjusa bħala “l-oħrajn” mis-soċjetà, bħall-migranti. 

Bħalissa, huwa relattivament aktar faċli li tkun individwalistiku, li timmira lejn l-interess tiegħi aktar mill-interess tas-soċjetà kollha kemm hi… Kompli aqra »