Insawru kultura ġdida tal-paċi – Strateġija għall-Ewropa
Jekk inħarsu madwarna u nosservaw il-problemi li qiegħda taffaċċja d-dinja llum, nistgħu faċilment nħossu sens ta’ diżorjentament, imprevedibbiltà jew saħansitra biża’. Il-pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi fix-xena globali kawża tal-fiduċja fraġli li tiddomina fil-qafas legali internazzjonali u l-mekkaniżmi multilaterali, anke jekk jidher li bdiet tinbet żerriegħa ta’ tama minħabba t-tiġdid tas-sħubija transatlantika. Il-Konferenza tal-Kummissjoni Ewropea tal-Ġustizzja u l-Paċi, magħmula minn aktar minn tletin kummissjoni nazzjonali, hija konvinta li t-triq ‘il quddiem għall-Ewropa kollha għandha tinstab fil-ħolqien ta’ kultura ġdida ta’ paċi… Kompli aqra »